Partit MomentumHealth
Nibbażaw is-servizzi kollha tad-diżabilità fuq metodu ffukat fuq il-persuna u li jkun aktar orjentat lejn il-familja, flessibbli, u ferm inqas burokratiku
Is-servizzi tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tad-diżabilità mmirati lejn persuni b’firxa ta’ diżabbiltajiet iridu jitfasslu madwar il-persuna u madwar il-familja tagħha u mhux mal-konvenjenza istituzzjonali. Se neħtieġu li s-servizzi jsiru ġenwinament iċċentrati fuq il-persuna jiġifieri aktar flessibbli, aktar orjentati lejn il-familja, u eqreb lejn fejn jgħixu n-nies.
Partit MomentumHealth
Insaħħu s-servizzi tal-kura palljativa bħala l-ewwel pass vitali, b’aktar appoġġ mill-gvern għal organizzazzjonijiet bħall-Hospice Movement
Qabel ma s-soċjetà tkun tista’ tiddiskuti b’serjetà l-mewt assistita, l-ewwel irid ikun hemm ċertezza li dawk il-persuni li jkunu se jiffaċċjaw tmiem il-ħajja jkollhom aċċess għal kura palljativa, jiġifieri l-kura li tħalli lil bniedem fi stat ta’ mard kroniku u ta’ tbatija jew terminali jgħix dawk iż-żminijiet b’mod ġenwinament komdu. Wara l-approvazzjoni fil-parlament tal-liġi magħrufa bħala “living will”, se nżidu l-appoġġ tal-gvern għas-servizzi tal-kura palljativa u lejn organizzazzjonijiet bħall-Hospice Movement filwaqt li niżguraw li ħadd ma jiffaċċja tbatija fi tmiem il-ħajja sempliċiment għax is-sapport mistħoqq ma kienx jeżisti.
Partit MomentumForeign Policy
Niffukaw id-difiża Ewropea fuq l-integrità territorjali, l-awtodeterminazzjoni, u d-drittijiet bażiċi tal-bniedem
Kwalunkwe qafas Ewropew tad-difiża għandu jkun maħluq skont il-prinċipju li jkun applikabbli. Se ninsistu li l-integrità territorjali, id-dritt tal-popli li jmexxu kif jidhrilhom, u l-protezzjoni tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem ikunu l-pedamenti mhux negozjabbli tal-policy Ewropea tas-sigurtà u mhux konvenjenza strateġika jew interess ekonomiku.
Partit MomentumBiodiversity & Marine Protection
Nagħmlu enfasi fuq ir-riġenerazzjoni tal-widien u l-konservazzjoni tal-bijodiversità flimkien mal-protezzjoni tal-iżvilupp urban
Il-widien ta’ Malta huma kurituri kruċjali tal-bijodiversità li jeħtieġu protezzjoni u riġenerazzjoni. Se niżguraw li dawn l-ekosistemi jiġu kkonservati u mtejba filwaqt li nipproteġuhom minn żvilupp urban mhux xieraq li jeqred il-ħabitat naturali.
Partit MomentumBiodiversity & Marine Protection
Ngħinu lis-sajjieda tradizzjonali jersqu lejn prattiki ekoloġikament sostenibbli
Il-Fond Ewropew għas-Sajd jeżisti biex jgħin lis-sajjieda jadattaw għas-sajd sostenibbli filwaqt li jżommu l-għajxien tagħhom. Se nutiliżżaw dan il-finanzjament tal-UE biex nappoġġaw lis-sajjieda lokali huma u jaddottaw metodi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jipproteġu l-ibħra tagħna.
Partit MomentumPublic Sector Reform
Jitwaqqaf uffiċċju dedikat għall-ħaddiema li jaqilbu mis-settur pubbliku għas-settur privat
Aħna se noħolqu uffiċċju speċjali li jgħin lill-ħaddiema tas-settur pubbliku biex imorru jaħdmu mal-privat. B'hekk ikollhom il-libertà li jisfruttaw il-potenzjal tagħhom f'ekonomija dinamika fejn il-ħiliet tagħhom ikunu jistgħu jitħaddmu u anke jiġu ppremjati kif xieraq.
Partit MomentumCulture & Arts
Taxxa fuq l-Użu ta’ Data Kreattiva
Għall-kumpaniji li joħolqu l-mudelli tal-AI ġenerattivi tagħhom stess bl-użu ta’ proprjetà intellettwali Maltija. Id-dħul minn din it-taxxa se jiddaħħal f’sistema ta’ għotjiet speċifikament għall-artisti li jistgħu jagħtu prova li xogħolhom huwa ġġenerat b’mod sinifikanti mill-bniedem filwaqt li jiġi żgurat li jibqgħu finanzjarjament vijabbli hekk kif jiżdied l-użu tal-Intelliġenza Artifiċjali. L-infurzar u l-implimentazzjoni ta’ din il-policy se jaqgħu taħt il-mandat tal-Ministeru għax-Xjenza, l-Innovazzjoni u r-Riċerka.
Partit MomentumInnovation Economy
Ninċentivaw il-kumpaniji biex iniedu skemi finanzjarji għall-impjegati tagħhom fil-forma ta’ share option permezz ta’ esklużjonijiet tal-qligħ kapitali
Il-ħaddiema għandhom jikkondividu s-suċċess tal-kumpaniji li jaħdmu fihom. Mit-taxxa fuq il-qligħ kapitali neskludu l-iskemi ta’ ishma għall-impjegati, filwaqt li nħeġġu lill-kumpaniji jagħtu lill-ħaddiema tagħhom sehem reali fin-negozju u nippromwovu distribuzzjoni aktar ġusta tal-introjtu.
Partit MomentumBiodiversity & Marine Protection
Nipproteġu b’mod strett lil Kemmuna bħala sit ta’ Natura 2000, filwaqt li nippriservaw il-bijodiversità, il-ħlejjaq tal-baħar, u s-sbuħija naturali tagħha
Kemmuna hija sit protett ta’ Natura 2000 li jrid jibqa’ nieqes mill-iżvilupp kummerċjali. Se nippriservaw il-bijodiversità unika tagħha, l-ambjent tal-baħar mhux mittiefes, u s-sbuħija naturali tagħha minn kwalunkwe żvilupp li jhedded din l-ekosistema prezzjuża.
Partit MomentumTransport
Naġġornaw il-Kodiċi tat-Triq għall-użu modern tat-toroq
Il-Kodiċi tat-Triq ta’ Malta ilu ma jiġi aġġornat mill-1999. Il-kodiċi skadut ta’ Malta ma jirriflettix ir-realtà tat-toroq tal-lum. Se naħdmu biex naġġornaw il-Kodiċi tat-Triq biex b’mod ċar niddeskrivu min ikollu preċedenza fuq min billi nagħtu prijorità lill-persuni bil-mixi u liċ-ċiklisti, ikun hemm distanza minima obbligatorja ta’ 1.5 metri meta jinqabżu ċ-ċiklisti kif ukoll regoli moderni dwar l-għoti tad-dritta lill-utenti vulnerabbli tat-triq. Ladarba l-kodiċi jkun aġġornat, se nniedu kampanja ta’ sensibilizzazzjoni pubblika u ninfurzaw ir-regoli l-ġodda.
Partit MomentumClimate & Environmental Action
Noħolqu sistema li tillimita l-ħela tal-ikel u li ssaħħaħ il-leġiżlazzjoni biex jitnaqqas l-iskart mill-imballaġġ
Qiegħed jintrema wisq ikel. Fl-istess ħin ħafna imballaġġ qiegħed jispiċċa fil-miżbliet. Se naħdmu biex insaħħu l-liġijiet u fuq sistemi li jnaqqsu l-ħela tal-ikel. L-iskop hu li nnaqqsu l-imballaġġ bla bżonn filwaqt li nindirizzaw il-ħela miż-żewġ naħat tal-katina tal-ikel.
Partit MomentumAnimal Welfare
Insaħħu sew id-Direttorat għall-Benessri tal-Annimali b’aktar spetturi, b’unità ta’ rispons rapidu 24/7, u b’tagħmir xieraq
Se ninvestu ammont konsiderevoli ta’ flus fid-Direttorat għall-Benessri tal-Annimali. Dan billi nżidu l-għadd ta’ spetturi, nistabilixxu unità ta’ rispons rapidu 24/7 għall-każijiet urġenti, lill-uffiċjali nagħtuhom it-taħriġ meħtieġ u anke t-tagħmir, fosthom scanners u għodod ta’ sorveljanza li jkollhom bżonn għall-qadi ta’ dmirijiethom.
Partit MomentumYouth
Intemmu d-diskriminazzjoni li biha l-kontribuzzjonijiet soċjali mħallsa minn dawk bejn is-16 u t-18-il sena ma jingħaddux għall-finijiet tal-pensjoni, ħlief biex jitlesta perjodu ta’ għaxar snin
Iż-żgħażagħ li jidħlu fil-workforce ta’ 16-il sena jħallsu l-kontribuzzjonijiet bħal kulħadd, iżda ma jiġux ikkunsidrati meta eventwalment tiġi kkalkulata l-pensjoni tagħhom. Din hija sempliċiment diskriminazzjoni bbażata fuq l-età. Se naħdmu biex intemmu din il-prattika filwaqt li niżguraw li fil-komputazzjoni tal-pensjoni finali kull sena ta’ xogħol tgħodd mill-ewwel jum.
Partit MomentumAnimal Welfare
Nintroduċu Lista Pożittiva ta’ speċijiet li jistgħu jinżammu hawn Malta filwaqt li nipprojbixxu l-oħrajn kollha b’mod awtomatiku
Se naħdmu biex inniedu Lista Pożittiva ta’ speċijiet li jistgħu jinżammu b’mod sikur u responsabbli f’Malta. Kull speċi oħra tkun awtomatikament ipprojbita. Dan jibdel il-politika attwali ta’ reazzjoni għal dik ta’ prevenzjoni u jintemm it-trattament ta’ annimali selvaġġi u eżotiċi bħala status symbol jew ta’ divertiment.
Partit MomentumVoluntary Organisations
Aħna se naraw li jkunu r-residenti tal-komunità li jieħdu lura u jfasslu l-ispazji pubbliċi
Ir-residenti lokali għandhom ifasslu l-ispazji pubbliċi tagħhom stess skont kif normalment jużawhom mingħajr ma jkollhom disinji imposti fuqhom. Aħna se nappoġġjaw l-isforzi tal-komunità biex jinbnew għamara tat-toroq, jinħolqu l-ġonna u jiġu ddisinjati spazji li verament ikunu utli għan-nies. ________________ Acknowledgements Rikonoxximenti The proposals set out in this electoral manifesto are the result of two years of listening, discussion, and shared effort, beginning with the Vision Circles convened by Arnold Cassola before Momentum was founded, continuing through the Vision Circles held by the party, and refined through countless meetings with organisations, professionals, and citizens across Malta and Gozo who offered their time, their expertise, and their honest assessment of what our country needs. Il-proposti f’dan il-manifest elettorali huma r-riżultat ta’ sentejn ta’ smigħ, diskussjoni, u sforz kondiviż bejn ħafna persuni. Kollox beda bil-Vision Circles organizzati minn Arnold Cassola qabel ma twaqqaf Momentum u wara tkomplew permezz tal-Vision Circles organizzati mill-partit u rfinati permezz ta’ għadd kbir ta’ laqgħat ma’ organizzazzjonijiet, professjonisti, u ċittadini minn madwar Malta u Għawdex li offrew ħinhom, l-għarfien espert tagħhom, u l-valutazzjoni onesta tagħhom ta’ dak li jeħtieġ pajjiżna. We are particularly grateful to a growing number of resident associations, Rota, Solidarjetà, Ġustizzja għal Artna, Repubblika, Vuċi għall-Annimali, Friends of the Earth, Moviment Graffitti, Il-Kollettiv, Flimkien Għall-Ambjent Aħjar, Din l-Art Helwa, Children’s Local Councils and individuals like Conrad Neil Gatt and Marco Cremona whose contributions, formal and informal, have directly shaped the direction of this document. Aħna partikolarment grati għal għadd dejjem jikber ta’ assoċjazzjonijiet tar-residenti, Rota, Solidarjetà, Ġustizzja għal Artna, Repubblika, Vuċi għal Annimali, Friends of the Earth, Moviment Graffitti, Il-Kollettiv, Flimkien Għall-Ambjent Aħjar, Din l-Art Helwa, Kunsilli Lokali tat-Tfal u individwi bħal Conrad Neil Gatt u Marco Cremona li l-kontribut tagħhom, formali u informali, sawwar direttament id-direzzjoni ta’ dan id-dokument.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Inħaffu l-pjan eżistenti ta’ 10 snin għal reġistru komprensiv tal-proprjetà
Malta għandha pjan ta’ 10 snin għar-reġistru tal-proprjetà li tħalla milli jitwettaq. Se nħaffu l-implimentazzjoni tiegħu minħabba li l-infurzar tat-trasparenza fis-suq tal-proprjetà u l-indirizzar tal-inflazzjoni tal-prezzijiet jibqgħu impossibbli mingħajru.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Il-fondi ġġenerati mit-Taxxa fuq l-Ispekulazzjoni tal-Proprjetà jmorru speċifikament għall-proġetti ta’ akkomodazzjoni soċjali
Id-dħul minn din il-miżura mhux se jisparixxi fil-fondi ġenerali tal-gvern. Minflok, se naraw li jmur għall-akkomodazzjoni soċjali, filwaqt li niżguraw li t-taxxa ma tinkoraġġix aktar postijiet vojta anzi tiffinanzja direttament id-djar affordabbli li Malta tant teħtieġ.
Partit MomentumHealth
Nindirizzaw l-impatti tat-tniġġis ambjentali fuq is-saħħa permezz ta’ standards ambjentali aktar stretti
Is-saħħa tar-residenti ta’ Malta ma tistax tinfired mill-kwalità tal-ambjent li jgħixu fih. It-trab tal-kostruzzjoni, it-tniġġis tat-traffiku, l-ispazji ħodor degradati, u n-nuqqas ta’ kwalità tajba tal-arja u tal-ilma għandhom konsegwenzi diretti fuq is-saħħa. Dawn se nindirizzawhom permezz ta’ standards ambjentali aktar stretti filwaqt li nirrikonoxxu li l-protezzjoni ambjentali u s-saħħa pubblika huma żewġ naħat tal-istess munita.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Napplikaw it-Taxxa fuq l-Ispekulazzjoni tal-Proprjetà fuq proprjetajiet residenzjali biss — garaxxijiet, imħażen u uffiċċji huma esklużi
Din il-policy hija mfassla biex tindirizza n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni, mhux biex tippenalizza lis-sidien ta’ proprjetajiet kummerċjali. It-taxxa tapplika esklużivament għal proprjetajiet residenzjali vojta filwaqt li garaxxijiet, imħażen, uffiċċji, u assi oħra mhux residenzjali jkunu barra mill-iskop tagħha.
Partit MomentumFamily Support
Nipprovdu aktar akkomodazzjonijiet għall-vittmi tal-vjolenza domestika u għat-tfal tagħhom
Se naħdmu biex il-gvern jerfa’ l-ispejjeż kollha tal-manutenzjoni u r-rinnovazzjoni tal-bini ta’ dawk l-NGOs li jipprovdu appoġġ essenzjali għall-kura soċjali bħall-assistenza lill-individwi, il-familji u l-komunitajiet vulnerabbli.
Partit MomentumClimate & Environmental Action
Inwaqqfu l-użu ta’ prodotti li jintużaw darba biss fir-ristoranti u fil-ħwienet tal-fast food
Ir-ristoranti u l-postijiet tal-fast food jiġġeneraw ammonti kbar ta’ skart minħabba li l-prodott ikun oġġett li jintuża darba biss. Se naħdmu biex nipprojbixxu l-prodotti kollha li jintużaw darba biss f’dawn l-istabbilimenti. B’hekk l-industrija jkollha ssib prodotti alternattivi li jew jintużaw aktar minn darba jew bijodegradabbli.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Skont it-Taxxa fuq l-Ispekulazzjoni tal-Proprjetà nidentifikaw proprjetajiet vakanti permezz ta’ utility consumption patterns, b’eżenzjonijiet sħaħ għall-proprjetajiet tal-kiri rreġistrati
L-infurzar se jkun ibbażat fuq l-evidenza. Il-proprjetajiet vojta se jkunu identifikati permezz tal-informazzjoni miksuba mill-konsum tad-dawl u l-ilma filwaqt li l-proprjetajiet irreġġistrati bħala mikrija jkunu eżentati awtomatikament. Dawn il-miżuri jiżguraw li d-djar ġenwinament ma jkunux qegħdin jintużaw u mhux ikunu lesti għall-kiri.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Nużaw ir-reġistru tal-proprjetà bħala l-pedament għall-implimentazzjoni effettiva tat-taxxa fuq il-valutazzjoni tal-ġid
Reġistru tal-proprjetà li jiffunzjona bis-sħiħ mhuwiex biss dwar is-suq tad-djar anzi huwa għodda essenzjali għal kwalunkwe studju serju tal-valutazzjoni tal-ġid. Se niżguraw li r-reġistru jkun imfassal mill-bidu nett biex jappoġġja dan l-iskop fiskali usa’.
Partit MomentumClimate & Environmental Action
Nimplimentaw pjan fit-tul ċar għal bidla lejn zero plastic bħala parti mill-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni
Malta teħtieġ pjan konkret biex telimina l-iskart tal-plastik bħala parti mill-impenn tagħna biex innaqqsu u neliminaw l-użu ta’ enerġija prodotta mill-karbonju. Se noħolqu pjan fit-tul li juri eżattament kif u meta se nnaqqsu l-użu tal-plastik fis-setturi kollha tas-soċjetà.
Partit MomentumBiodiversity & Marine Protection
Nippriservaw il-bijodiversità tal-baħar billi s-sajd jiġi limitat għall-metodi tradizzjonali li jirrispettaw iċ-ċikli tal-ħajja naturali
Il-bijodiversità fil-baħar ta’ madwarna nqerdet minħabba metodi ta’ sajd aggressivi li ma jirrispettawx iċ-ċiklu tal-ħajja naturali tal-pjanti u tal-annimali tal-baħar. Se ninfurzaw b’mod strett il-limiti fuq is-sajd għal metodi tradizzjonali biss, u b’hekk nagħtu ċans lill-ħlejjaq tal-baħar jirkupraw.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Inwettqu riforma tal-kuntratti tal-kiri biex tissaħħaħ l-awtonomija tal-kerrejja u jiġi diġitalizzat is-settur
Il-qafas attwali jippermetti wisq termini kuntrattwali inġusti. Se nipprojbixxu klawżoli li jħallu lis-sidien tal-kera jkollhom kopja taċ-ċwievet, jippermettu d-dħul b’avviż ta’ inqas minn 48 siegħa, jew jimponu penali lil hinn minn dawk permessi skont l-Att. L-inkwilini se jkollhom id-dritt li jagħmlu modifiki raġonevoli fid-dar tagħhom mingħajr il-kunsens ta’ sid il-kera, dment li mat-tluq iħallu kollox kif kien, u d-dritt li jitolbu annimal domestiku li sid il-kera ma jkunx jista jirrifjuta jekk mhux bil-miktub u b’mod raġonevoli. Is-sidien iridu jniżżlu bil-miktub id-difetti tal-post li jkun se jiġi mikri qabel ma jibda l-kuntratt. Il-pagamenti kollha jridu jsiru permezz ta’ trasferiment bankarju. Il-kuntratti jridu jiġu ffirmati bl-użu ta’ firma elettronika kwalifikata konformi mal-eIDAS, u l-portal tar-reġistrazzjoni tal-kera se jiġi aġġornat biex jiġġenera prova diġitali tal-kera ċċertifikata mill-Awtorità tal-Akkomodazzjoni u kompatibbli mal-EU Digital Identity Wallet. Economic Justice Ġustizzja Ekonomika
Partit MomentumTransport
Korsiji ta’ prijorità u bus stops aħjar tal-karozzi tal-linja
Se ninvestu €20 miljun biex nespandu n-network tal-korsiji tal-karozzi tal-linja sabiex it-tranżitu tal-massa ma jinżammx fit-traffiku tal-karozzi privati. Se ninvestu wkoll €100 miljun biex intejbu kif xieraq elfejn bus stop billi fost l-oħrajn jiġu mgħammra b’bankijiet komdi, ikunu xelters adegwati, ikollhom sinjali elettroniċi, u anke laned tal-iskart. Barra minn hekk, se nnaqqsu d-densità tal-bus stops b’10% biex intejbu l-fluss tat-traffiku u nnaqqsu l-ħin totali tal-ivvjaġġar tiegħek.
Partit MomentumHealth
Nibnu ċentru mediku reġjonali fit-Tramuntana ta’ Malta, fuq l-eżempju taċ-Ċentru tas-Saħħa Reġjonali tal-Paola
Aħna nemmnu li hemm bżonn aktar ċentri tas-saħħa minuri tal-gvern fi bliet ewlenin differenti miftuħa 24 siegħa kuljum. Dan għandu jgħin biex tittaffa l-pressjoni fuq l-isptar Mater Dei u għandu jippermetti li s-servizz tas-saħħa jitwassal aħjar.
Partit MomentumAnti Corruption measures
Dikjarazzjonijiet obbligatorji u soġġetti għal proċess ta’ verifikazzjoni dwar kunflitti ta’ interess għall-uffiċjali pubbliċi kollha
L-uffiċjali pubbliċi kollha jkollhom jiddikjaraw kunflitti ta’ interess potenzjali biex jiżguraw li d-deċiżjonijiet jittieħdu fl-interess pubbliku aktar milli għall-gwadann personali. Dawn id-dikjarazzjonijiet ikunu soġġetti għal proċessi ta’ awditjar u verifikar indipendenti.
Partit MomentumAnti Corruption measures
Protezzjonijiet aħjar b’immunità legali għall-whistleblowers
Il-whistleblowers għandu jkollhom protezzjoni b’saħħitha minħabba li r-rappurtar tal-korruzzjoni u tal-imġiba ħażina huwa essenzjali. Għandha tingħata immunita legali lil dawk li jirrapportaw għemil ħażin in bona fede biex jiġu evitati r-ritaljazzjoni u l-intimidazzjoni.
Partit MomentumInnovation Economy
Nagħtu sapport għal titjib fis-sigurtà tal-enerġija u f’investimenti fis-sistemi tal-ħżin tal-batteriji
L-indipendenza tal-enerġija teħtieġ mhux biss ġenerazzjoni rinnovabbli iżda sistemi xierqa ta’ ħżin u sigurtà. Se ninċentivaw l-investimenti fil-ħżin tal-batteriji u fil-miżuri tas-sigurtà tal-enerġija li jnaqqsu d-dipendenza ta’ Malta fuq il-fuels fossili importati.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Skont it-Taxxa fuq l-Ispekulazzjoni tal-Proprjetà, neżentaw l-ewwel proprjetà vakanti biex jiġu protetti l-familji bit-tieni dar jew proprjetà u r-residenzi tas-sajf
Aħna nirrikonoxxu li ħafna familji Maltin għandhom it-tieni dar użata bħala residenza tas-sajf. L-ewwel proprjetà vojta se tkun kompletament eżentata mit-taxxa, filwaqt li jiġi żgurat li din il-miżura tkun immirata lejn l-ispekulaturi u l-investituri u mhux lejn il-familji ordinarji. Għalhekk, pereżempju, persuna li jkollha tliet proprjetajiet, li tnejn minnhom ikunu okkupati, mhux se tiġi ntaxxata. Persuna li għandha għaxar proprjetajiet, li disgħa minnhom huma okkupati, ma tiġix intaxxata. Iżda persuna b’għaxar proprjetajiet, li sebgħa minnhom biss huma okkupati, mhux se tiġi ntaxxata fuq it-tmien proprjetà, iżda se tiġi ntaxxata fuq id-disa’ u l-għaxar waħda. Dan għandu jħeġġeġ lis-sidien inaqqsu l-prezz tal-kirjiet, u b’hekk jipprovdu aktar Maltin b’kirjiet aktar affordabbli.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Inwettqu l-bżonn urġenti tal-immarkar ċar tal-propjetajiet tal-gvern u dawk privati mal-Awtorità tal-Artijiet
Rekwiżit bażiku ta’ governanza tajba huwa li jkun hemm indikazzjoni ċara tas-sidien tal-propjetajiet. Se nidderieġu lill-Awtorità tal-Artijiet biex tlesti mmappjar sħiħ u trasparenti tal-art tal-gvern meta mqabbla ma’ dik privata, u b’hekk tintemm l-ambigwità li ta’ spiss tippermetti li l-assi pubbliċi jiġu ttrasferiti jew użati ħażin bil-moħbi.
Partit MomentumBiodiversity & Marine Protection
Ninfurzaw b’mod strett il-liġijiet li jipproteġu l-ispazji pubbliċi tal-baħar u l-aċċess għax-xtut
Il-liġijiet li jipproteġu l-aċċess pubbliku għall-bajjiet u ż-żoni tal-baħar spiss jiġu injorati jew infurzati b’mod dgħajjef. Se niżguraw infurzar strett ta’ dawn il-protezzjonijiet, filwaqt li niggarantixxu li ċ-ċittadini kollha jkunu jistgħu jgawdu l-wirt kostali tagħna mingħajr interferenza.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Nistabilixxu obbligi ċari ta’ tiswija lil sid il-kera b’perjodi ta’ żmien infurzabbli
Ħafna inkwilini jgħixu bi ħsarat mhux imsewwija minħabba li l-liġi mhix adegwata. Se nibdlu l-liġi sabiex is-sidien ikunu obbligati jsewwu l-ħsarat urġenti, dawk li jheddu s-saħħa, is-sikurezza, jew li ma jħallux persuna tgħix b’mod bażik, fi żmien ħames t’ijiem ta’ xogħol min-notifika. It-tiswijiet l-oħra kollha li xorta jheddu li persuna tgħix b’mod bażiku jkunu jridu jitlestew fi żmien ħmistax. Fin-nuqqas li dawn l-iskadenzi ma jintlaħqux l-inkwilini jkunu ntitolati għal tnaqqis proporzjonali fil-kera, ikollhom id-dritt li jwettqu t-tiswijiet għall-ispejjeż ta’ sid il-kera, u d-dritt li jitterminaw il-kuntratt immedjatament mingħajr penali u jitolbu lura l-kera mħallsa minn meta tkun tqajmet il-kwistjoni għall-ewwel darba.
Partit MomentumVoluntary Organisations
L-organizzazzjonijiet volontarji jkunu jistgħu jipparteċipaw fi proġetti komunitarji tal-enerġija minħabba l-ispazju limitat tal-bjut tagħhom li ma jippermettilhomx jinstallaw tagħmir li jħaddem l-enerġija tax-xemx
Il-Gvern offra lill-organizzazzjonijiet volontarji installazzjonijiet ta’ pannelli solari ssussidjati bis-sħiħ iżda r-realtà hi li l-biċċa l-kbira tal-VOs ma għandhomx spazju fuq il-bjut tagħhom. Il-liġi tal-UE diġà tippermetti azzjonijiet tal-enerġija mmexxija miċ-ċittadini li jippermettu lill-komunitajiet biex jaqsmu l-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli. Se niffaċilitaw b’mod attiv il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet volontarji f’dawn l-iskemi tal-enerġija tal-komunità filwaqt li nneħħu l-ostakli regolatorji u prattiċi li bħalissa jżommuhom milli jibbenefikaw.
Partit MomentumBiodiversity & Marine Protection
Niżguraw aċċess pubbliku bla ħlas għal kull parti tal-kosta Maltija kif iggarantit mil-liġi dwar id-dominju pubbliku
Il-liġi dwar id-dominju pubbliku tiggarantixxi li kull rokna tal-kosta ta’ Malta tibqa’ aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, mhux biss għal dawk li jistgħu jaffordjaw clubs privati fuq il-bajjiet. Aħna se ninfurzaw din il-liġi sabiex l-ebda parti mill-kosta tagħna ma tinsteraq mill-pubbliku.
Partit MomentumForeign Policy
Nopponu ċ-ċaqliq furzat ta’ persuni f’kunflitti internazzjonali
Iċ-ċaqliq furzat tal-popolazzjonijiet ċivili huwa ksur tad-dritt internazzjonali u abbuż tad-drittijiet tal-bniedem, kull fejn iseħħ. Dan se nopponuh b’mod konsistenti.
Partit MomentumBiodiversity & Marine Protection
Inwettqu studji ambjentali ġodda u indipendenti tal-iżviluppi li jaffettwaw iż-żoni protetti
Kwalunkwe żvilupp qrib żoni protetti tal-baħar jew tal-art irid jgħaddi minn studju ambjentali indipendenti u rigoruż. Se niżguraw li dawn l-istudji jkunu bir-reqqa, imparzjali, u jagħtu prijorità lill-protezzjoni ambjentali fuq il-profitti tal-iżviluppaturi.
Partit MomentumBiodiversity & Marine Protection
Nirriformaw il-konċessjonijiet tal-bajjiet permezz ta’ proċeduri ta’ għażla imparzjali u trasparenti konformi mal-UE
Ħafna mill-bajjiet pubbliċi spiċċaw f’idejn il-ftit tas-soltu li jkunu konnessi tajjeb. Se nsegwu l-policies tal-UE li jirrikjedu proċeduri ta’ għażla imparzjali u trasparenti għall-konċessjonijiet tal-bajjiet, li jwaqqfu għal kollox dawn il-cozy deals li jimblukkaw l-aċċess lic- ċittadini ordinarji.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Insaħħu l-protezzjonijiet kontra l-iżgumbrament illegali u eċċessiv
L-inkwilini li jiffaċċjaw żgumbrament illegali, inklużi bidliet tas-serratura, fastidju, u qtugħ tad-dawl u l-ilma apposta, fil-prattika għandhom ftit wisq protezzjoni. Se niżguraw li l-inkwilini li jiġu żgumbrati illegalment jew b’mod eċċessiv ikunu intitolati li jitolbu kumpens li jkopri l-ispejjeż kollha tar-rilokazzjoni, id-differenzjali tal-kera fuq proprjetà komparabbli għal sena, u anke jagħmlu tajjeb għad-diffikultà u l-inkonvenjenza li jkunu esperjenzaw. It-taħriġ tal-pulizija dwar l-aġir tad-drittijiet skont l-Artikolu 85 tal-Kodiċi Kriminali se jissaħħaħ, u jkun implimentat ftehim interdipartimentali formali bejn l-Awtorità tad-Djar, l-ARMS, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, u l-pulizija biex ir-responsabbiltajiet u l-komunikazzjoni jkunu ċari u jitwettqu fil-pront.
Partit MomentumClimate & Environmental Action
Nesploraw kollaborazzjoni reġjonali għal proġetti ta enerġija ekoloġika mal-Afrika ta’ Fuq u ma’ Sqallija
Malta ma għandhiex għalfejn tkun ekoloġika waħedha. Se nesploraw sħubijiet mal-Afrika ta’ Fuq u ma’ Sqallija għal proġetti reġjonali ta’ enerġija ekoloġika li jistgħu jipprovdu elettriku nadif permezz ta’ cables taħt il-baħar u installazzjonijiet rinnovabbli użati minn iktar minn pajjiż wieħed.
Partit MomentumGender Equality
Is-sistema eżistenti tiddiskrimina kontra n-nisa li twieldu fi snin speċifiċi u tippenalizzahom meta jirtiraw minħabba regoli storiċi ta’ kontribuzzjoni li minn dejjem ma kinux ġusti. Se naħdmu biex intemmu din id-diskriminazzjoni (l-ebda kontribuzzjoni għall-ommijiet li twieldu qabel l-1952; sentejn kontribuzzjonijiet għal kull wild għall-ommijiet li twieldu bejn l-1952 u l-1982; erba’ snin ta’ kontribuzzjonijiet għal kull tifel u tifla wara l-1962) kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat li l-pensjonanti kollha jkunu trattati l-istess irrispettivament minn meta jkunu twieldu.
Is-sistema eżistenti tiddiskrimina kontra n-nisa li twieldu fi snin speċifiċi, u tipp penalizzahom fl-irtirar minħabba regoli storiċi ta’ kontribuzzjoni li qatt ma kienu ġusti. Se naħdmu biex intemmu din id-diskriminazzjoni (żero snin kontribuzzjonijiet għall-ommijiet ta' qabel l-1952; sentejn kontribuzzjonijiet għal kull wild għall-ommijiet imwielda bejn l-1952 u l-1982; erba’ snin għal kull wild wara l-1962) kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll dak tal-UE, filwaqt li niżguraw li l-pensjonanti kollha jiġu ttrattati b’mod ugwali irrispettivament minn meta twieldu. Se neliminaw id-diskriminazzjoni fil-kontribuzzjoni tal-pensjoni li taffettwa lill-ommijiet imwielda qabel l-1952 jew bejn l-1952 u l-1961.
Partit MomentumForeign Policy
Niddefendu l-valuri prinċipali Ewropej ta’ rispett profond għad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet internazzjonali kollha
L-impenn ta’ Malta mad-dinja se jkun ibbażat fuq il-valuri li fuqhom inbniet il-koperazzjoni Ewropea: ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-libertajiet fundamentali. Dawn mhumiex prinċipji dekorattivi anzi huma l-lenti li minnha se nevalwaw kull deċiżjoni dwar il-politika barranija.
Partit MomentumAnimal Welfare
Naraw li jitwaqqaf Ombudsman indipendenti għall-Protezzjoni tal-Annimali b’setgħat eżekuttivi reali
Malta teħtieġ awtorità ddedikata bl-awtonomija u l-poter biex taġixxi fuq il-fallimenti tat-trattament xieraq tal-annimali. Se nistabilixxu Ombudsman għall-Protezzjoni tal-Annimali li jkollu s-setgħa li jinvestiga, joħroġ deċiżjonijiet vinkolanti, u jżomm lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli flok uffiċċju li s-sejbiet tiegħu jistgħu jiġu sempliċiment injorati.
Partit MomentumClimate & Environmental Action
Nagħtu aktar sapport lill-koperattivi tal-enerġija rinnovabbli u lill-proġetti komunitarji għall-kondiviżjoni tal-enerġija
Il-komunitajiet għandhom ikunu jistgħu jiġġeneraw u jaqsmu l-enerġija nadifa tagħhom stess. Se nagħtu aktar sapport lill-koperattivi tal-enerġija rinnovabbli u lill-proġetti komunitarji bħal tas-solar panels li jagħtu l-enerġija lil diversi djar sabiex iċ-ċittadini jkunu jistgħu jieħdu kontroll tal-ħtiġijiet tal-enerġija tagħhom.
Partit MomentumAnti Corruption measures
Pieni kriminali ċari kemm għal talbiet kif ukoll għall-għoti ta’ favuri politiċi
Liġijiet ġodda u aktar b’saħħithom għandhom jistabilixxu riperkussjonijiet ċari għal dawk li jitolbu favuri u dawk li jwettqu l-favuri. Il-kultura tal-favuri politiċi wasslet għal sistemi li qegħdin ifallu b’konsegwenzi xejn sbieħ. Pereżempju, dan jidher ċar fl-iskandli tal-liċenzji tas-sewqan, tas-sigurtà soċjali u tal-karti tal-identità.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Naċċertaw li r-reġistru tal-proprjetà jkun fih informazzjoni sħiħa dwar il-prezzijiet tal-bejjiegħa u tax-xerrejja biex tiżdied it-trasparenza tas-suq u titnaqqas l-inflazzjoni tal-prezzijiet
It-trasparenza tal-prezzijiet hija l-aktar għodda effettiva biex jittaffa s-suq tal-proprjetà eżaġerat li hawn bħalissa. Se neħtieġu li r-reġistru jkollu l-prezzijiet reali tat-tranżazzjonijiet imħallsa kemm mix-xerrejja kif ukoll mill-bejjiegħa, filwaqt li jagħti lill-pubbliku, lir-riċerkaturi u lil dawk li jfasslu l-policies l-informazzjoni li jeħtieġu biex jifhmu x’qiegħed jiġri verament lill-prezzijiet tal-proprjetà.
Partit MomentumHousing & Property Reform
Naraw li jkun illegali li d-dawl u l-ilma jinqatgħu lill-inkwilini u noħolqu proċedura biex f’emerġenza das-servizzi jerġgħu jkunu disponibbli
Bħalissa huwa faċli ħafna biex sid il-kera juża d-dawl u l-ilma bħala għodda ta’ żgumbrament eċċessiv. Se nagħmluha reat kriminali għal sid il-kera li jonqos milli jipprovdi l-utilitajiet tad-dawl u l-ilma lil min jikri. L-Enemalta se tkun ipprojbita b’mod espliċitu milli tiskonnettja jew tneħħi l-arloġġi fuq talba ta’ sid il-kera, iżda mingħajr l-ordni tal-qorti, meta l-post ikollu kirja attiva. Id-depożitu ta’ €500 skont il-Formola F2 tal-ARMS se titneħħa u tiġi sostitwita b’tariffa amministrattiva nominali. Se tiġi stabbilita proċedura ċivili ta’ emerġenza sabiex, fuq kwalunkwe rapport ta’ skonnessjoni intenzjonata tad-dawl u l-ilma, il-Pulizija Eżekuttiva tkun tista’ titlob minnufih ordni ta’ Maġistrat biex terġa’ tiġi stabbilita l-provvista.
Partit MomentumTransport
Teknoloġija tat-trasport f’ħin reali għal kulħadd
Se ninvestu €2.1 miljun biex ikollna trasparenza sħiħa fl-ivjaġġar tiegħek ta’ kuljum. Se tkun tista’ tiċċekkja l-okkupanza tal-karozza tal-linja f’ħin reali (jiġifieri kemm tkun mimlija l-karozza tal-linja) direttament minn fuq l-app tal-mobile tiegħek qabel ma din tkun waslet fuq il-bus stop. Sadanittant, biex ħadd ma jitħalla barra, l-istess informazzjoni diretta u eżatta se tkun disponibbli wkoll fuq stazzjon televiżiv iddedikat u se jkun hemm anke linja telefonika bla ħlas awtomatizzata għal dawk li ma jħossuhomx kombdi bit-teknoloġija tal-lum.