Aqbeż għall-kontenut prinċipali

Elezzjoni Ġenerali — 30 ta' Mejju 2026

Kandidati

Fittex il-lista ppubblikata tal-kandidati skont id-distrett u l-partit politiku.

Irrisettja

Instabu 9 kandidati

Alastair Farrugia

Alastair Farrugia

Partit Momentum · 4 · Raħal Ġdid u Ħal Tarxien

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Dr. Alastair Farrugia trabba Raħal Ġdid, il-Fgura u Birżebbuġa. Tgħallem fil-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira, fl-Universita' ta' Malta, u l-Universita' ta' Waterloo fil-Kanada. Għandu Ph.D. fil-matematika, u aktar minn 20 sena esperjenza fil-matematika, IT, tagħlim, u xogħol volontarju ma’ ghaqdiet differenti. Huwa wkoll jagħti taħriġ fil-Focusing - prattika li tixbah il-mindfulness u l-meditazzjoni. Alastair ħiereġ mal-Momentum għax irid gvern għal kulħadd, mhux biss għal-kbir u għal-ħbieb tal-ħbieb. Irid li t-taxxi tagħna jintużaw aħjar, li r-riżorsi pubbliċi jintużaw b'mod ġust, irid bliet u rħula aħjar, ippjanar li jħares il-kwalità tal-ħajja, soluzzjonijiet fit-tul fil-qasam tad-djar u l-infrastruttura; u toroq, dawl, ilma u servizzi oħrajn li jaħdmu sew.

Michael Piccinino

Partit Nazzjonalista · 4 · Raħal Ġdid u Ħal Tarxien

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Michael huwa avukat ta’ 31 sena. Minn meta kien żgħir, Michael kien involut sew fil-komunità u f’għaqdiet taż-żgħażagħ. Michael serva bħala President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll fuq il-Bord tal-European Youth Forum, il-forum li jirrappreżenta liż-żgħażagħ quddiem l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa. Fl-2021, Michael ġie elett bħala l-iżgħar Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija. F’Marzu 2025, Michael irreżenja minn Segretarju Ġenerali biex ikun jista’ jikkonċentra fuq il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Stefan Caruana

Partit Nazzjonalista · 4 · Raħal Ġdid u Ħal Tarxien

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Stefan twieled fit-8 ta' Diċembru 1975 u huwa miżżewweġ lil Rachelle neè Aquilina. Ta’ 13-il sena beda jistudja l-vjolin. Studja ukoll il-vjola, l-orgni, il-vuċi lirika u d-direzzjoni. Barra minn hekk, studja wkoll it-teatru. Stefan beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Gudja. Kompla fl-iskola sekondarja taż-Żurrieq u fil-Liceo Vassalli tal-Ħandaq. Wara, kompla fuq il-passi ta’ missieru fl-Istitut Tekniku. Sussegwentement kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta. Stefan hu għalliem u lettur tal-Mużika u l-Istudji Teatrali fl-iskola Post-Sekondarja Giovanni Curmi tan-Naxxar. Bejn l-1991 u l-2009 kien jaħdem bħala Electrical Engineering Technician mal-Kumpanija Maltacom/GO plc. Bejn l-1999 u l-2021 Stefan kien l-koordinatur tal-Grupp Żgħażagħ Gudja, grupp rinomat għall-ħidma volontarja kemm fil-lokalità tal-Gudja kif ukoll madwar Malta, għar-rappreżentazzjonijiet teatrali. Fl-2003, Stefan ġie maħtur Surmast Direttur tal-Kor u Orkestra Assumpta Est tal-Gudja. Kien Maestro di Cappella Santa Maria u tal-Madonna ta’ Loretu fil-Gudja u għal ħames snin, tal-Madonna tal-Lourdes f’Raħal Ġdid. Stefan ħa sehem b’dan il-kor f’diversi fetivals mużikali kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Barra minn hekk huwa membru ta’ diversi korijiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex u membru ukoll fil-Grupp Armar Festa Santa Marija. Fl-2012 kien finalist għall-Premju tal-President għall-Volontarjat. Bejn l-1996 u l-1998 kien jifforma parti mill-MŻPN. Fl-2013 Stefan ġie elett għall-ewwel darba bħala kunsillier lokali fil-Kunsill Lokali tal-Gudja, reġa’ ġie elett mill-ġdid fl-2019 u fl-2022 inħatar Minority Leader f'isem il-PN. Huwa reġa' ġie elett fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2024 bl-akbar ammont ta’ voti li qatt ġab kunsillier ta’ kull partit fl-istess lokalità. Fl-2022 ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq ir-Raba’ u l-Ħames Distretti Elettorali. F’Marzu tal-2023, huwa nħatar fil-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-PN – kariga importanti fl-amministrazzjoni tal-partit, fejn huwa responsabbli mill-aspett loġistiku u organizzattiv tal-PN. Stefan hu dilettant tal-isport u għal xi żmien kien jilgħab il-volleyball u t-table tennis. Fil-futbol isegwi lit-tim Taljan tal-Juventus.