Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Dr Adrian Delia huwa avukat minn Birkirkara. Serva bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista bejn l-2017 u l-2020. Huwa rebaħ kawża storika kontra l-Gvern Laburista biex jintraddu lura t-tliet sptarijiet tal-poplu li ngħataw lill-kumpaniji Vitals u Steward b’mod frawdolenti. Huwa jiddeskrivi din ir-rebħa bhala waħda tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Illum Deputat elett fuq is-7 u t-8 distrett u kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Adrian Delia huwa fuq kollox missier ta’ sitt itfal u partner tas-sieħba tiegħu Dr Cynthia Galea.
Angelo Micallef twieled fil-11 ta’ Marzu 1986 u ggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-2011 u kiseb ukoll Masters fis-Servizzi Finanzjarji. Ilu attiv fil-media tal-PN għal numru ta’ snin fosthom għal perjodu fin-newsroom, waqt li ppreżenta bosta programmi politiċi fuq ir-radju u anke pproduċa artikli regolari fil-ġurnal In-Nazzjon. Iservi bħala Sindku ta’ Ħal Balzan u bħala President tal-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista. Huwa miżżeweġ lil Charlene.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
L-Avukat Beppe Fenech Adami twieled fil-5 ta’ Awwissu 1968, huwa miżżewweġ lil Ann, u għandhom tlett itfal. Serva bħala Viċi Kap tal PN mis-sena 2013 sas-sena 2017 u ilu Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista mis-sena 2008. Ikkontesta erba’ elezzjonijiet ġenerali f’isem il-PN u dejjem ġie elett. Illum iservi bħala Shadow Minister għall-Affaijiet Barranin.
David Pace Ross, ta’ 51 sena, trabba fiż-żona tal-Knisja l-Qadima f’Birkirkara u llum jgħix f’Tas-Sliema flimkien ma’ martu u t-tifla tagħhom. Qed jikkontesta fuq it-Tmien Distrett, u l-impenn politiku tiegħu beda minn età żgħira permezz tal-involviment tiegħu fl-MŻPN, fejn kabbar il-valuri tas-servizz pubbliku u tal-Partit Nazzjonalista. David għandu warajh snin twal ta’ esperjenza fis-settur tas-servizzi finanzjarji, u bħalissa jaħdem bħala konsulent fil-qasam tas-soluzzjonijiet bankarji għall-industrija tal-iGaming. Hu jemmen f’Malta ġusta, trasparenti u kompetittiva, fejn kulħadd ikollu ċans jirnexxi bil-mertu, bid-determinazzjoni u bil-kapaċità tiegħu, mhux bil-favuri jew in-nepotiżmu. Huwa impenjat li jsaħħaħ il-governanza tajba, jipproteġi l-ambjent naturali u l-wirt kulturali tagħna, u jiżgura li Malta li nħallu lill-ġenerazzjonijiet futuri tkun aktar b’saħħitha, sostenibbli u mimlija opportunitajiet.
Edmond għandu 48 sena, miżżewweġ u missier ta’ tifel ta’ 17-il sena. Huwa avukat u serva fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għal 25 sena, fejn irtira bir-rank ta’ Supretendent. Jemmen bis-sħiħ f’ġustizzja li għandha tkun ekwa, ġusta u li ma tagħrafx uċuħ, u kien proprju dan it-twemmin li xprunah jidħol fil-politika, hekk kif ħass li l-pajjiż kien qed jitlef is-sens ta’ ġustizzja tiegħu. Fost l-interessi tiegħu hemm dak kollu li hu tradizzjonali, u jħoss li d-drawwiet u d-delizzji tradizzjonali tagħna għandhom jiġu mħarsa u mħeġġa. Barra minn hekk, jipprattika l-iscuba diving b’mod regolari u huwa membru f’diversi klabbs lokali.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Julie Zahra ġiet eletta għall-ewwel darba bħala Deputat Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-2022, fejn inħatret ukoll bħala Shadow Minister għall-Arti, il-Kultura, l-Industrija tal-Films u l-Wirt Nazzjonali. Fl-2025, filwaqt li żammet ir-responsabbiltà għall-Arti u l-Kultura, ġiet fdata wkoll bil-portafoll tal-Industrija Kreattiva. Hija għandha baċellerat fis-soċjoloġija kif ukoll fil-mużika, u hija kkwalifikata u taħdem bħala għalliema. Preżentament, qiegħda wkoll tkompli l-istudji tagħha permezz ta’ kors terzjarju fil-medjazzjoni.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Justin Schembri huwa Membru Parlamentari fuq it-Tmien Distrett elettorali, li ġie elett għall-ewwel darba fl-elezzjoni tal-2022 u ngħata l-inkarigu ta' Shadow Minister għall-Edukazzjoni. Serva wkoll bħala Minority Leader fil-Kunsill Lokali ta' Birkirkara. Għandu 44 sena, jinsab f'relazzjoni ma' Annalise Galea – kunsilliera lokali f'Ħal Balzan – u joqogħdu Birkirkara. Missier Lexi ta' 14-il sena. Għalliem, iggradwat fil-Malti, fil-Kommunikazzjoni u fil-Politika. Apparti l-politika u l-edukazzjoni, għandu għal qalbu l-lingwa, l-identità u l-kultura Maltija.