Aqbeż għall-kontenut prinċipali

Elezzjoni Ġenerali — 30 ta' Mejju 2026

Kandidati

Fittex il-lista ppubblikata tal-kandidati skont id-distrett u l-partit politiku.

Irrisettja

Instabu 9 kandidati

Alex Perici Calascione

Alex Perici Calascione

Partit Nazzjonalista · 9 · L-Imsida, San Ġwann u s-Swieqi

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Alex Perici Calascione ggradwa bħala avukat fl-1986 u għandu esperjenza twila l-aktar fil-qasam tal-liġi kummerċjali u dik ċivili. Bħala politiku fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, huwa okkupa diversi karigi matul is-snin. Huwa membru tal-Kumitat Eżekuttiv sa mill-2013, serva bħala Teżorier tal-Partit bejn l-2013 u l-2017 u fl-2019 inħatar President tal-Kumitat Eżekuttiv. Fl-2022 ġie elett Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fil-kamp tal-volontarjat huwa kellu involviment varju matul is-snin u serva għal aktar minn 10 snin fil-Bord tat-Tmexxija tar-Razzett tal-Ħbiberija. Huwa miżżewweġ lil MayAnne u għandhom tlett itfal – Maria, Veronica u John, u erba’ neputijiet – Elizabeth, Adam, Jean Luc u Ollie.

Arnold Cassola

Arnold Cassola

Partit Momentum · 9 · L-Imsida, San Ġwann u s-Swieqi

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Il-Professur Arnold Cassola, akkademiku u politiku, huwa l-mexxej ta’ Momentum. Huwa l-awtur ta’ aktar minn 40 ktieb, l-aktar dwar l-istorja u l-kultura Maltija. Fl-1999 ġie elett Segretarju Ġenerali tal-Partit tal-Ħodor Ewropej fi Brussell. Ġie rielett unanimament fl-2003. Huwa l-aktar kandidat ta' tielet partit u indipendenti li kiseb voti fil-105 sena storja tal-elezzjonijiet Maltin. Fl-2024 kiseb it-tielet l-ogħla ammont ta’ voti fl-ewwel għadd fl-elezzjonijiet tal-MEP, wara Metsola u Agius Saliba.

Charles Selvaggi

Charles Selvaggi

Partit Nazzjonalista · 9 · L-Imsida, San Ġwann u s-Swieqi

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Imwieled fl-1967 u miżżewweġ b’żewġt itfal, Charles iddedika ħajtu għall-impenn lejn is-servizz pubbliku fl-istess ħin li bena karriera ta’ suċċess fil-qasam tal-ospitalità. Beda jagħti sehmu fil-politika sa minn età żgħira, u serva bħala segretarju tal-MŻPN fl-Imsida fil-bidu tas-snin tmenin, waqt li aktar tard ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu fl-2008. Ilu joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-kunsill lokali tal-Imsida sa mill-2009 u kien elett Sindku f’Ġunju 2024. Ikkontribwixxa b’mod estensiv fi ħdan il-PN, fejn serva bejn wieħed u ieħor għal 15-il sena fil-Kumitat Eżekuttiv u għal erba’ snin fil-Kunsill Amministrattiv. Fis-settur privat iġib miegħu aktar minn 30 sena ta’ esperjenza maniġerjali fl-ospitalità. Huwa direttur maniġerjali ta’ kumpanija ta’ konsulenza li tipprovdi servizzi ta’ taħriġ u konsulenza, inkluż mystery audits għal kumpaniji li joperaw kemm fis-settur tal-ospitalità kif ukoll f’dak tar-retail.

Marilena Gauci

Partit Nazzjonalista · 9 · L-Imsida, San Ġwann u s-Swieqi

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

L-Ekonomista Marilena Gauci, iggradwata fl-Ekonomija u b’Master fil-Behavioural Economics u esperjenza f’fondi nazzjonali u Ewropej, ġiet maħtura Viċi President tal-Malta Entertainment Industry Association (MEIA), fejn tappoġġja lill-President u tgħin fil-formazzjoni ta’ industrija aktar robusta u fil-ħolqien ta’ opportunitajiet ugwali għall-artisti u l-kreattivi kollha. Il-passjoni tagħha għall-arti u l-kreattività bdiet minn età żgħira permezz ta’ esperjenzi fit-teatru, mużika u televiżjoni, u qabel din il-pożizzjoni serviet fuq il-Kumitat Eżekuttiv bħala Kap tal-PR u Communications, dejjem impenjata biex tħeġġeġ ambjenti ġusti u sostenibbli għall-industrija kreattiva f’Malta. Marilena serviet ukoll bħala ekonomista mal-Kamra tal-Kummerċ fejn spjeċjalizzat fuq politika ekonomika u soċjali, kif ukoll fi ħdan il-Bank Ċentrali fejn speċjalizzat fuq stabbiltà ekonomika.

Noel Muscat

Partit Nazzjonalista · 9 · L-Imsida, San Ġwann u s-Swieqi

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Sindku tas-Swieqi għall-aħħar 14-il sena. Fundatur ta’ NM Group – kumpanija li tipprovdi servizzi ta’ audit, accounts u servizzi oħra relatati. Lagħab il-futbol kompetittiv sal-età ta’ 39 sena. Ġera n-Nofs Maratona għal 26 darba għall-karità. Ġabar donazzjonijiet li tqassmu lil Caritas Drug Rehabilitation, Eden Foundation u għaqdiet oħrajn.