Toni Bezzina
Nationalist Party · 5 · Birżebbuġa & Żurrieq
Biography
Il-Perit Toni Bezzina kkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-2013 u ġie elett fuq il-Ħames Distrett f’isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa reġa’ kkontesta u ġie elett mill-ġdid fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2017 u tal-2022. Serva bħala Shadow Minister għat-Trasport u l-Infrastruttura, Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd u wkoll bħala membru tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Bħalissa huwa Shadow Minister għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd u huwa wkoll membru tal-Kumitat għall-Affarijiet ta’ Għawdex. Fl-2004 iggradwa bħala Perit Arkitett u Inġinier Ċivili mill-Università ta’ Malta. Wara kompla l-istudji tiegħu fl-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi fejn kiseb Masters fl-Istudji Diplomatiċi. Il-Perit Toni Bezzina huwa s-sieħeb prinċipali ta’ ACB Architects u ħadem ukoll fid-Dipartiment tat-Toroq, l-Awtorità tat-Trasport ta’ Malta u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Matul is-snin kiseb esperjenza vasta f’diversi oqsma relatati mal-Arkitettura, l-Inġinerija Ċivili u l-Inġinerija tat-Toroq, prinċipalment fid-disinn u l-implimentazzjoni ta’ proġetti nazzjonali fuq skala kbira. Il-Perit Toni Bezzina huwa miżżewweġ lil Josette née Catania u għandhom tifla, Deborah, li hija miżżewġa lil Brandon Cilia.
Proposals
No proposals recorded yet.