Aqbeż għall-kontenut prinċipali
Lura għall-kandidati

Julian Borg

Partit Nazzjonalista · 6 · Ħal Qormi, Is-Siġġiewi u Ħal Luqa

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijietPartit Nazzjonalista

Bijografija

Julian Borg huwa perit u preżentament s-sindku tas-Siġġiewi. Il-politika, għal Julian, hija mezz kif tisma’, tifhem u taġixxi skont il-bżonnijiet tan-nies. Julian jaħdem mill-qrib mal-komunitajiet lokali, speċjalment dawk taż-żgħażagħ u l-għaqdiet soċjo-kulturali, biex jifhem il-bżonnijiet ta’ pajjiżna. Julian iggradwa mill-Università ta’ Malta (perit) u l-Università ta’ Heriott Watt (Construction Management) fejn speċjalizza fit-trasport, infrastruttura u enerġija. Dawn il-prinċipji jħaddimhom fil-ħajja ta’ kuljum f’numru ta’ proġetti u jemmen li dawn is-setturi għandhom jaħdmu flimkien biex isolvu l-isfidi ta’ kuljum li qed tiffaċċja Malta. Julian huwa membru fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u preżentatur tal-programm ANALIŻI fuq NET Television. Huwa miżżewweġ lil Christine u għandhom żewġt itfal, Laura u Clara.

Proposti

Għad m'hemm ebda proposta rreġistrata.