Luke Said
Partit Nazzjonalista · 13 · Għawdex u Kemmuna
Bijografija
Luke huwa żagħżugħ ta' 22 sena. Difensur ta' Għawdex b'ruħu u ġismu li qalbu tħabbat mar-ritmu tar-riħ u l-mewġ tal-gżira, u l-impenn tiegħu għall-protezzjoni ta' Għawdex qatt ma batta. Mit-toroq dojoq tan-Nadur sat-truf tal-ġżira, dejjem mexa, u ħadem bi skop. Huwa student tal-Ġeofiżika, imħarreġ biex jaqra l-istejjer moħbija tad-dinja. Tgħallem li l-bidla vera titlob il-paċenzja, u l-preċiżjoni. Din il-mentalità xjentifika sawret l-ħsieb tiegħu fl-isfidi li jiffaċċja – janalizza fil-fond, jaġixxi b'kawtela u jfittex il-verità lil hinn mill-istorbju. F'dawn l-aħħar snin, bi ħġaru kien minn ta' quddiem biex jiddefendi l-ambjent tagħna, il-wirt tagħna, u niesna. Ħa pożizzjonijiet ċari kontra l-iżvilupp bla rażan f'Kemmuna, u l-qerda li daqt se ssofri Triq Marsalforn. Tkellem favur Pjazza San Ġorg, u kien il-moħħ wara wħud mill-ikbar kampanji ta' tindif li qatt saru f'Għawdex. Ħadem bla heda biex inħarsu u nirrestawraw il-Batterija tal-Qolla l-Bajda. B'kampanji sħaħ, qajjem kuxjenza dwar il-protezzjoni ta' siti ODZ u UCA.
Proposti
Għad m'hemm ebda proposta rreġistrata.