Mario de Marco
Partit Nazzjonalista · 1 · Il-Belt Valletta u l-Port
Bijografija
Mario de Marco huwa avukat speċjalizzat fid-dritt kummerċjali u ċivili. Huwa jgħallem ukoll il-liġi kummerċjali internazzjonali u l-liġi marittima fl-Università ta’ Malta. Mario ġie elett bħala Membru fil-Parlament mill-Ewwel Distrett fil-leġiżlaturi tal-2003, 2008, 2013, 2017 u 2022. Huwa nħatar Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu u sussegwentement għall-Ambjent u Kultura fl-2008. Fl-2012 huwa nħatar Ministru għat-Turiżmu, Ambjent u Kultura. Huwa okkupa din il-kariga ministerjali sal-aħħar tal-leġiżlatura f’Marzu 2013. Fl-2013 Mario ġie elett Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Affarijiet Parlamentari, liema kariga huwa okkupa sal-2017. Tul il-perjodu 2013-2026 huwa ġie appuntat Shadow Minister għall-Ekonomija u l-Finanzi u sussegwentement għat-Turiżmu. Tul is-snin huwa kien membru tal-Public Accounts Committee, il-Financial and Economic Affairs Committee u l-Foreign and European Affairs Committee tal-Parlament. Mario huwa miżżewweġ lil Sharon u għandhom żewġ subien – Andrea ta’ 21 sena u Luca ta’ 18-il sena li jattendu l-Università ta’ Malta.
Proposti
Għad m'hemm ebda proposta rreġistrata.