Aqbeż għall-kontenut prinċipali

Elezzjoni Ġenerali — 30 ta' Mejju 2026

Kandidati

Fittex il-lista ppubblikata tal-kandidati skont id-distrett u l-partit politiku.

Irrisettja

Instabu 10 kandidati

Alex Borg

Alex Borg

Partit Nazzjonalista · 13 · Għawdex u Kemmuna

Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Dr Alex Borg twieled fl-10 ta’ Ġunju 1995 fir-Rabat, Għawdex. Huwa avukat. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-2022 bl-ikbar ammont ta’ voti fost il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, wara l-Kap ta’ dakinhar. Serva għal tliet snin bħala Shadow Minister għal Għawdex u fil-Kumitati Parlamentari ta’ Għawdex u dak tal-Affarijiet Barranin. Borg trabba fin-Nadur u studja fil-Bishop’s Conservatory, il-Gozo College u s-Sir M. A. Refalo Sixth Form. Fl-2019 iggradwa fil-Liġi u beda jaħdem bħala avukat. Fl-istess sena ġie elett fl-Eżekuttiv tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) u ftit żmien wara ġie elett fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista. Huwa jemmen fil-politika tal-kuntatt u li l-politiku jrid ikun viċin in-nies. Politikament, jiddeskrivi ruħu bħala li jappoġġa ekonomija b’saħħitha u kompetittiva, iżda jemmen ukoll fl-importanza ta’ servizzi soċjali b’saħħithom bħall-kura tas-saħħa u edukazzjoni bla ħlas. F’Ġunju li għadda, wara li ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech, Borg kien esprima l-interess tiegħu f’din il-kariga u kkandida ruħu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Hu kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista fis-6 ta’ Settembru 2025 u ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni, erbat ijiem wara, fl-10 ta’ Settembru.

Beppe Galea

Beppe Galea

Partit Nazzjonalista · 13 · Għawdex u Kemmuna

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Iben il-belt Victoria. Żagħżugħ b'għeruq sodi fil-Partit Nazzjonalista u b'esperjenza politika li ratu jokkupa diversi karigi kemm f'Malta kif ukoll fuq livell Ewropew fejn kien l-ewwel Malti li serva bħala President tal-European Democrat Students. Għal dawn l-aħħar snin Beppe serva bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista fejn apparti numru ta' taħditiet bilaterali u assistenza internazzjonali lill-Kap Alex Borg, Beppe kien strumentali biex pajjiżna jospita l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew b'suċċess. Gradwat b'Masters fl-Istrategic Management u Digital Marketing mill-Università ta’ Malta. Għawdxi li jaħdem fost numru ta' negozji Għawdxin bħala espert fuq pjattaformi diġitali u mezzi soċjali. Huwa attiv ferm fejn jidħlu s-setturi tal-volontarjat speċjalment fl-oqsma tal-kultura, żgħażagħ u edukazzjoni. Għaliex Għawdex Prijorità għalih, din se tkun l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu bl-aspirazzjoni tkun li jkun vuċi soda eqreb f'isem ir-residenti tat-13-il distrett.

Frank Anthony Tabone

Partit Nazzjonalista · 13 · Għawdex u Kemmuna

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

B’karriera fis-settur pubbliku mibnija fuq servizz lejn in-nies, kuntatt kontinwu mal-komunità u valuri sodi ta’ integrità u dixxiplina, Frank Anthony kien membru fil-Forzi tal-Ordni u llum jipprattika bħala avukat fil-qasam civili u dak kriminali. Tul is-snin żamm impenn kostanti biex jaħdem b’onestà u dedikazzjoni, dejjem b’għan wieħed: li jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Jemmen bis-sħiħ li wasal iż-żmien li jagħti kontribut akbar lil pajjiżu u lil Għawdex. Għalhekk, għall-ewwel darba, qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq Ghawdex. L-għan tiegħu hu li jkun vuċi b’saħħitha u determinata għall-Għawdxin, filwaqt li jaħdem bla heda biex jippromwovi politika serja, trasparenti u ffukata fuq il-bżonnijiet reali tan-nies, u biex flimkien nibnu futur aħjar għal Għawdex.

Luke Said

Partit Nazzjonalista · 13 · Għawdex u Kemmuna

Ikkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet

Luke huwa żagħżugħ ta' 22 sena. Difensur ta' Għawdex b'ruħu u ġismu li qalbu tħabbat mar-ritmu tar-riħ u l-mewġ tal-gżira, u l-impenn tiegħu għall-protezzjoni ta' Għawdex qatt ma batta. Mit-toroq dojoq tan-Nadur sat-truf tal-ġżira, dejjem mexa, u ħadem bi skop. Huwa student tal-Ġeofiżika, imħarreġ biex jaqra l-istejjer moħbija tad-dinja. Tgħallem li l-bidla vera titlob il-paċenzja, u l-preċiżjoni. Din il-mentalità xjentifika sawret l-ħsieb tiegħu fl-isfidi li jiffaċċja – janalizza fil-fond, jaġixxi b'kawtela u jfittex il-verità lil hinn mill-istorbju. F'dawn l-aħħar snin, bi ħġaru kien minn ta' quddiem biex jiddefendi l-ambjent tagħna, il-wirt tagħna, u niesna. Ħa pożizzjonijiet ċari kontra l-iżvilupp bla rażan f'Kemmuna, u l-qerda li daqt se ssofri Triq Marsalforn. Tkellem favur Pjazza San Ġorg, u kien il-moħħ wara wħud mill-ikbar kampanji ta' tindif li qatt saru f'Għawdex. Ħadem bla heda biex inħarsu u nirrestawraw il-Batterija tal-Qolla l-Bajda. B'kampanji sħaħ, qajjem kuxjenza dwar il-protezzjoni ta' siti ODZ u UCA.