Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Dr Adrian Delia huwa avukat minn Birkirkara. Serva bhala Kap tal-Partit Nazzjonalista bejn l-2017 u l-2020. Huwa rebaħ kawża storika kontra l-Gvern Laburista biex jintraddu lura t-tliet sptarijiet tal-poplu li ngħataw lill-kumpaniji Vitals u Steward b’mod frawdolenti. Huwa jiddeskrivi din ir-rebħa bhala waħda tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Illum Deputat elett fuq is-7 u t-8 distrett u kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Finanzi, Adrian Delia huwa fuq kollox missier ta’ sitt itfal u partner tas-sieħba tiegħu Dr Cynthia Galea.
Mexxej tal-partitMembru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Dr Alex Borg twieled fl-10 ta’ Ġunju 1995 fir-Rabat, Għawdex. Huwa avukat. Huwa ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament Malti fl-2022 bl-ikbar ammont ta’ voti fost il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, wara l-Kap ta’ dakinhar. Serva għal tliet snin bħala Shadow Minister għal Għawdex u fil-Kumitati Parlamentari ta’ Għawdex u dak tal-Affarijiet Barranin.
Borg trabba fin-Nadur u studja fil-Bishop’s Conservatory, il-Gozo College u s-Sir M. A. Refalo Sixth Form. Fl-2019 iggradwa fil-Liġi u beda jaħdem bħala avukat. Fl-istess sena ġie elett fl-Eżekuttiv tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN) u ftit żmien wara ġie elett fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista.
Huwa jemmen fil-politika tal-kuntatt u li l-politiku jrid ikun viċin in-nies.
Politikament, jiddeskrivi ruħu bħala li jappoġġa ekonomija b’saħħitha u kompetittiva, iżda jemmen ukoll fl-importanza ta’ servizzi soċjali b’saħħithom bħall-kura tas-saħħa u edukazzjoni bla ħlas.
F’Ġunju li għadda, wara li ħabbar ir-riżenja tiegħu minn Kap tal-Partit Nazzjonalista Dr Bernard Grech, Borg kien esprima l-interess tiegħu f’din il-kariga u kkandida ruħu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Hu kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista fis-6 ta’ Settembru 2025 u ħa l-ġurament bħala Kap tal-Oppożizzjoni, erbat ijiem wara, fl-10 ta’ Settembru.
Deputat mexxejIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Alex Perici Calascione ggradwa bħala avukat fl-1986 u għandu esperjenza twila l-aktar fil-qasam tal-liġi kummerċjali u dik ċivili. Bħala politiku fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, huwa okkupa diversi karigi matul is-snin. Huwa membru tal-Kumitat Eżekuttiv sa mill-2013, serva bħala Teżorier tal-Partit bejn l-2013 u l-2017 u fl-2019 inħatar President tal-Kumitat Eżekuttiv. Fl-2022 ġie elett Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista. Fil-kamp tal-volontarjat huwa kellu involviment varju matul is-snin u serva għal aktar minn 10 snin fil-Bord tat-Tmexxija tar-Razzett tal-Ħbiberija. Huwa miżżewweġ lil MayAnne u għandhom tlett itfal – Maria, Veronica u John, u erba’ neputijiet – Elizabeth, Adam, Jean Luc u Ollie.
Angelo Micallef twieled fil-11 ta’ Marzu 1986 u ggradwa bħala avukat mill-Università ta’ Malta fl-2011 u kiseb ukoll Masters fis-Servizzi Finanzjarji. Ilu attiv fil-media tal-PN għal numru ta’ snin fosthom għal perjodu fin-newsroom, waqt li ppreżenta bosta programmi politiċi fuq ir-radju u anke pproduċa artikli regolari fil-ġurnal In-Nazzjon. Iservi bħala Sindku ta’ Ħal Balzan u bħala President tal-Forum Professjonisti Partit Nazzjonalista. Huwa miżżeweġ lil Charlene.
Anton Mifsud huwa mill-Imtarfa u jgħix f’din il-lokalità. Imwieled fl-1962, huwa serva bħala Sindku tal-Imtarfa bejn l-2007 u l-2013 u bħala President tar-Reġjun Tramuntana bejn l-2011 u l-2022. B’degree mill-Università ta’ Oxford fil-Catering, Anton għandu għal qalbu ħafna wkoll is-servizz fil-komunità u huwa l-fundatur ta’ diversi entitajiet u NGOs fl-Imtarfa, fosthom Mtarfa FC, Mtarfa Drama u l-Iscouts tal-Imtarfa. L-għan tiegħu fil-politika hu li jservi lill-komunitajiet u jassisti kemm jista’ lin-nies biex ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
L-Avukat Beppe Fenech Adami twieled fil-5 ta’ Awwissu 1968, huwa miżżewweġ lil Ann, u għandhom tlett itfal. Serva bħala Viċi Kap tal PN mis-sena 2013 sas-sena 2017 u ilu Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista mis-sena 2008. Ikkontesta erba’ elezzjonijiet ġenerali f’isem il-PN u dejjem ġie elett. Illum iservi bħala Shadow Minister għall-Affaijiet Barranin.
Iben il-belt Victoria. Żagħżugħ b'għeruq sodi fil-Partit Nazzjonalista u b'esperjenza politika li ratu jokkupa diversi karigi kemm f'Malta kif ukoll fuq livell Ewropew fejn kien l-ewwel Malti li serva bħala President tal-European Democrat Students. Għal dawn l-aħħar snin Beppe serva bħala Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista fejn apparti numru ta' taħditiet bilaterali u assistenza internazzjonali lill-Kap Alex Borg, Beppe kien strumentali biex pajjiżna jospita l-Kungress tal-Partit Popolari Ewropew b'suċċess. Gradwat b'Masters fl-Istrategic Management u Digital Marketing mill-Università ta’ Malta. Għawdxi li jaħdem fost numru ta' negozji Għawdxin bħala espert fuq pjattaformi diġitali u mezzi soċjali. Huwa attiv ferm fejn jidħlu s-setturi tal-volontarjat speċjalment fl-oqsma tal-kultura, żgħażagħ u edukazzjoni. Għaliex Għawdex Prijorità għalih, din se tkun l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu bl-aspirazzjoni tkun li jkun vuċi soda eqreb f'isem ir-residenti tat-13-il distrett.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Bernard Grech twieled Ħ’Attard u llum jgħix il-Mosta. Huwa avukat b’esperjenza twila f’diversi oqsma. Huwa serva għal ħames snin bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, Kap tal-Oppożizzjoni u deputat parlamentari. Dan għamlu b’impenn u sens qawwi ta’ responsabbiltà u lealtà. Miżżewweġ lil AnneMarie u kburi li hu missier ta’ Neil u Maria. Bernard huwa magħruf għall-valuri tiegħu, l-onestà, il-ħidma kontinwa u d-dedikazzjoni tiegħu lejn il-poplu Malti u Ghawdxi.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Bernice Bonello hija l-Kelliema tal-PN għaż-Żgħażagħ u l-Gvern Lokali, b’passjoni qawwija biex tagħti vuċi lill-ġenerazzjoni l-ġdida u ssaħħaħ il-komunitajiet lokali. Hija gradwata fl-Istudji Ewropej u għandha Masters fid-Drittijiet Umani, filwaqt li bħalissa hija studenta tal-Liġi. Bernice temmen f’politika moderna, inklużiva u qrib in-nies, fejn iż-żgħażagħ ikollhom rwol ċentrali fit-teħid tad-deċiżjonijiet. Permezz tal-istudji u l-esperjenzi tagħha, hija qed taħdem biex tippromwovi aktar opportunitajiet, trasparenza u kwalità ta’ ħajja aħjar għal kulħadd, b’viżjoni ċara għal futur sostenibbli u ġust.
Imwieled fl-1967 u miżżewweġ b’żewġt itfal, Charles iddedika ħajtu għall-impenn lejn is-servizz pubbliku fl-istess ħin li bena karriera ta’ suċċess fil-qasam tal-ospitalità. Beda jagħti sehmu fil-politika sa minn età żgħira, u serva bħala segretarju tal-MŻPN fl-Imsida fil-bidu tas-snin tmenin, waqt li aktar tard ikkontesta l-ewwel elezzjoni ġenerali tiegħu fl-2008. Ilu joħroġ bħala kandidat għall-elezzjonijiet tal-kunsill lokali tal-Imsida sa mill-2009 u kien elett Sindku f’Ġunju 2024. Ikkontribwixxa b’mod estensiv fi ħdan il-PN, fejn serva bejn wieħed u ieħor għal 15-il sena fil-Kumitat Eżekuttiv u għal erba’ snin fil-Kunsill Amministrattiv. Fis-settur privat iġib miegħu aktar minn 30 sena ta’ esperjenza maniġerjali fl-ospitalità. Huwa direttur maniġerjali ta’ kumpanija ta’ konsulenza li tipprovdi servizzi ta’ taħriġ u konsulenza, inkluż mystery audits għal kumpaniji li joperaw kemm fis-settur tal-ospitalità kif ukoll f’dak tar-retail.
Conrad Borg Manche, former mayor of Gżira, will contest the upcoming general election on the Partit Nazzjonalista (PN) ticket. He previously resigned from the Partit Laburista (PL) in 2023 and served as an independent mayor. Sources indicate he will contest districts 5 and 10, with District 10 including his hometown of Gżira.
David Pace Ross, ta’ 51 sena, trabba fiż-żona tal-Knisja l-Qadima f’Birkirkara u llum jgħix f’Tas-Sliema flimkien ma’ martu u t-tifla tagħhom. Qed jikkontesta fuq it-Tmien Distrett, u l-impenn politiku tiegħu beda minn età żgħira permezz tal-involviment tiegħu fl-MŻPN, fejn kabbar il-valuri tas-servizz pubbliku u tal-Partit Nazzjonalista. David għandu warajh snin twal ta’ esperjenza fis-settur tas-servizzi finanzjarji, u bħalissa jaħdem bħala konsulent fil-qasam tas-soluzzjonijiet bankarji għall-industrija tal-iGaming. Hu jemmen f’Malta ġusta, trasparenti u kompetittiva, fejn kulħadd ikollu ċans jirnexxi bil-mertu, bid-determinazzjoni u bil-kapaċità tiegħu, mhux bil-favuri jew in-nepotiżmu. Huwa impenjat li jsaħħaħ il-governanza tajba, jipproteġi l-ambjent naturali u l-wirt kulturali tagħna, u jiżgura li Malta li nħallu lill-ġenerazzjonijiet futuri tkun aktar b’saħħitha, sostenibbli u mimlija opportunitajiet.
Ġurnalist mal-media tal-PN għal iktar minn 30 sena. Awtur tal-kotba politiċi 'Libertà Mhedda' u 'Eddie – Is-Sewwa Jirbaħ Żgur'. Ipproduċa diversi dokumentarji u programmi investigattivi fuq NET TV fosthom 'Storja ta' Poplu', 'Evidenza' u 'Skoperti'. Bħalissa jipproduċi u jippreżenta l-programmi 'Opinjoni' fuq NET TV u 'Kuntatt' fuq NET FM. Kontributur fuq il-ġurnal 'In-Nazzjon' u l-gazzetta 'il-mument'.
Edmond għandu 48 sena, miżżewweġ u missier ta’ tifel ta’ 17-il sena. Huwa avukat u serva fil-Korp tal-Pulizija ta’ Malta għal 25 sena, fejn irtira bir-rank ta’ Supretendent. Jemmen bis-sħiħ f’ġustizzja li għandha tkun ekwa, ġusta u li ma tagħrafx uċuħ, u kien proprju dan it-twemmin li xprunah jidħol fil-politika, hekk kif ħass li l-pajjiż kien qed jitlef is-sens ta’ ġustizzja tiegħu. Fost l-interessi tiegħu hemm dak kollu li hu tradizzjonali, u jħoss li d-drawwiet u d-delizzji tradizzjonali tagħna għandhom jiġu mħarsa u mħeġġa. Barra minn hekk, jipprattika l-iscuba diving b’mod regolari u huwa membru f’diversi klabbs lokali.
Iggradwa u jipprattika bħala avukat, sa mis-sena 2001. Fundatur tal-Forum Professjonisti tal-Partit Nazzjonalista fis-sena 2014. Kien kandidat għall-elezzjonijiet ġenerali tal-2017 u l-2022. Kunsillier Lokali tal-PN f'Marsaskala sa mill-2019, fejn ilu residenti sa mis-sena 2002. Interessi personali apparti l-politika jinkludu l-qari, il-mużika u r-road running bħala sport. Miżżeweġ lil Natalie nee’ Zammit u għandhom żewġt itfal, Mariah u Jael.
B’karriera fis-settur pubbliku mibnija fuq servizz lejn in-nies, kuntatt kontinwu mal-komunità u valuri sodi ta’ integrità u dixxiplina, Frank Anthony kien membru fil-Forzi tal-Ordni u llum jipprattika bħala avukat fil-qasam civili u dak kriminali. Tul is-snin żamm impenn kostanti biex jaħdem b’onestà u dedikazzjoni, dejjem b’għan wieħed: li jagħmel differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies. Jemmen bis-sħiħ li wasal iż-żmien li jagħti kontribut akbar lil pajjiżu u lil Għawdex. Għalhekk, għall-ewwel darba, qed jikkontesta l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq Ghawdex. L-għan tiegħu hu li jkun vuċi b’saħħitha u determinata għall-Għawdxin, filwaqt li jaħdem bla heda biex jippromwovi politika serja, trasparenti u ffukata fuq il-bżonnijiet reali tan-nies, u biex flimkien nibnu futur aħjar għal Għawdex.
George Muscat BA(Gen), (Melit) PGCE (Melit), MA (Melit), magħruf bħala “Ta’ Pawlu n-Naw tal-Coaches”, huwa min-Naxxar, imma jgħix Ħal Qormi. Huwa għalliem tal-Malti u tal-Għarbi fi skola sekondarja, kif ukoll preżentatur fuq NET FM, fejn imexxi l-programm politiku ta’ kull nhar ta’ Sibt ISSUES. Għandu għal qalbu ħafna l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali. Sa minn ċkunitu l-politika kienet prijorità fil-familja ta’ George. Kienu l-valuri, il-prinċipji u d-demokrazija li ffurmawh fil-familja tiegħu u aktar ’il quddiem kompla jsaħħaħ dan kollu permezz tat-tieni familja tiegħu, li hija dik tal-Partit Nazzjonalista.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Għandha 42 sena. Twieldet, trabbiet u tgħix f'San Pawl il-Baħar. Miżżewġa lil Clayton Tanti Gregoraci, Chief Operating Officer ta' Net TV. Bint Ċensu u Grace Galea. Il-kbira fost erba' aħwa. Gradwata bħala Perit bi sġeċjalizzazzjoni fil-kostruzzjoni tat-toroq. Serviet fil-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar għal 14-il sena fejn serviet ukoll fil-kariga ta' Sindku. F'Jannar 2022 bdiet isservi bħala Membru Parlamentari. Ġiet eletta direttament fil-Parlament ta' Malta.
Eks ġurnalist tal-media tal-Partit Nazzjonalista li serva wkoll bħala Direttur Komunikazzjoni tal-PN bejn l-2023 u l-2024, James illum qed iservi fir-rwol ta' Direttur Informa fi ħdan Net Media u l-Partit Nazzjonalista. Huwa wkoll lettur tal-Malti fi ħdan l-MCAST. Matul l-aħħar 10 snin ipproduċa u ppreżenta għadd kbir ta' programmi ta' natura differenti, inkluż programmi politiċi, kif ukoll programmi ta' ġrajjiet kurrenti u diskussjoni kemm għat-TV u anke għar-radju. Għadu jipproduċi l-programmi anke llu, fosthom il-programm PROFILI li fl-2025 daħal fil-ħames staġun tiegħu. Fl-2025, rebaħ il-Premju mill-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IĠM) għall-aħjar użu tal-Malti mitkellem, filwaqt li kklassifika fit-tielet post f'żewġ kategoriji oħra. James huwa mill-Floriana, u ta' 19-il sena kienet elett fl-ewwel elezzjoni tal-kunsill li kkontesta – illum iservi wkoll bħala Deputat Sindku tal-PN fl-istess lokalità. Fl-2020 ingħata unur nazzjonali tal-JCI b'rabta mal-ħidma tiegħu fil-politika lokali fil-Floriana. Iggradwat fil-Malti, James ħadem fuq għadd ta' kotba għal djar tal-pubblikazzjonijiet differenti. Fl-2023 ippubblika il-ktieb Il-Kelma ta' Eddie Fenech Adami. Fis-sena 2022, studju tiegħu kien ġie ppubblikat fil-ktieb Pioneers of Democracy. Huwa wkoll finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb tas-sena 2024. Fl-2025 ippubblika IL-KARIKATURA TAL-MUMENT, ktieb li jitratta s-satira ta' natura politika. Bħalissa qed jistudja għal Master fl-Arti fl-Interpretazzjoni tal-Letteratura Maltija fi ħdan l-Università ta' Malta. Miżżewweġ lil Sarah Jane, u għandhom tifel, bl-isem ta' Pio Leone.
John għandu 61 sena, miżżewweġ u għandu tlett it-tfal, ta' 31, 28 u 23 sena. Imwieled u jgħix Marsaskala, ħadem ghal 41 sena u spicca fil-grad ta' Supervisor Engineer mal-linja nazzjonali tal-ajru. Kien jokkupa l-kariga ta' President tal-Assocjazzjoni tal-Inġiniera tal-Ajruplani. Għal dawn l-aħħar 30 sena kien parti mill-Kumitat PN Marsaskala u serva f’bosta karigi. Serva bhala aġent tal-Partit Nazzjonalista f'kull elezzjoni fil-Counting Ħall mill-1998 sal-lum. Ilu jservi kwazi sa mill-bidu nett fil-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala, u fl-ewwel leġislatura serva bħala Viċi Sindku, waqt li fil-seba’ leġiżlaturi l-oħra kien il-Minority Leader tal-PN fil-lokalità. Serva wkoll bħala koordinatur tal-PN għall-elezzjonjiet fil-lokal tiegħu. Kien kandidat fuq it-Tielet Distrett għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 u 2022. Huwa membru fil-Kumitat Eżekuttiv tal-PN fejn jokkupa l-kariga ta’ rappreżentant tal-kunsillieri lokali għat-Tielet Distrett. Huwa kontributur fi programmi tar-radju u tat-televiżjoni fuq temi lokali u dawk politiċi, u oħrajn edukattivi bħal tagħrif dwar apparat elettriku. Il-passatempi tiegħu jinkludu l-ivvjaġġar u li jsiefer bil-karozza. Fis-sajf iħobb igawdi l-baħar mal-familja.
Dr. Jonathan Muscat huwa avukat, miżżewweġ u għandu tifel. Twieled fl-Awstralja minn ġenituri Maltin, trabba Ħal Għargħur u llum joqgħod il-Kappara, San Ġwann. Huwa jipprattika fil-Qrati Ċivili u Kummerċjali ta’ Malta u għandu esperjenza f’diversi rwoli ta’ tmexxija fosthom fl-oqsma tal-igaming u l-atti kontra money laundering, il-qasam marittimu u fondi Ewropej, ġurnaliżmu u marketing, kif ukoll fil-kummerċ u t-turiżmu. Huwa studja l-Kulleġġ San Alwiġi u ggradwa fil-politika internazzjonali u fil-liġi mill-Università ta’ Malta. Dr. Muscat jemmen li ċ-ċittadini Maltin jistħoqqilhom kwalità ta’ ħajja aħjar u sigurtà, kemm f’pajjiżhom kif ukoll fi djarhom. Huwa determinat li, permezz ta’ tmexxija għaqlija, jara lil Malta ssaħħaħ ekonomija sostenibbli li verament taħdem għan-nies, il-familji u n-negozji Maltin. Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ tmexxija serja u responsabbli li tindirizza b’mod konkret l-isfidi tal-lum, fosthom l-effetti taż-żieda fil-popolazzjoni, inkluż it-traffiku u l-iżvilupp eċċessiv u bla ppjanar adegwat. Jemmen ukoll li hemm bżonn ta’ azzjoni deċiżiva biex jitnaqqas l-għoli tal-ħajja u biex iż-żgħażagħ Maltin ikollhom aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u futur stabbli f’pajjiżhom.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Miżżewweġ lil Jeannine u għandhom erbat itfal. Avukat li ggradwa mill-Università ta’ Malta fl-1993. Huwa wkoll lettur fil-liġi kriminali fi ħdan il-Fakultà tal-Liġi. Ikkontesta l-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali fl-2022 u kien elett mill-ewwel għadd kemm mid-disa’ kif ukoll mill-għaxar distrett. Meta Alex Borg inħatar Kap tal-Partit Nazzjonalista, Joe ngħata l-inkarigu ta’ Shadow Minister għall-Ġustizzja. Ikun mistieden regolarment biex jindirizza diversi konferenzi u seminars relatati mis-settur legali. Twieled f’Tas-Sliema fejn għex sakemm iżżewweġ, u llum huwa residenti f’Ħal Għargħur.
Joseph Grech ilu jipprattika bħala avukat għal dawn l-aħħar 10 snin, fejn kiseb esperjenza fil-litigazzjoni ċivili u kummerċjali. L-għeruq tiegħu jinsabu fil-politika studenteska, partikolarment fi ħdan l-għaqda studenteska SDM, fejn kien attiv ħafna u okkupa diversi karigi, fosthom dik ta’ President. Din l-esperjenza ffurmat l-imħabba tiegħu lejn il-politika u l-impenn li tpoġġi lilek innifsek għad-dispożizzjoni tan-nies. Aktar tard, Joseph kompla jservi fil-politika nazzjonali bħala Segretarju Ġenerali u sussegwentement President tal-MŻPN. Fl-2021, huwa ġie elett bħala Chairperson tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, kariga li tirrifletti l-fiduċja li jgawdi fi ħdan il-partit. Fil-ħajja personali tiegħu, Joseph huwa miżżewweġ u għandu tifel. Huwa jħobb l-isport u jinteressa ruħu f'suġġetti relatati mal-politika, l-istorja u l-aħbarijiet kurrenti, kemm fuq livell lokali kif ukoll internazzjonali.
Julian Borg huwa perit u preżentament s-sindku tas-Siġġiewi. Il-politika, għal Julian, hija mezz kif tisma’, tifhem u taġixxi skont il-bżonnijiet tan-nies. Julian jaħdem mill-qrib mal-komunitajiet lokali, speċjalment dawk taż-żgħażagħ u l-għaqdiet soċjo-kulturali, biex jifhem il-bżonnijiet ta’ pajjiżna. Julian iggradwa mill-Università ta’ Malta (perit) u l-Università ta’ Heriott Watt (Construction Management) fejn speċjalizza fit-trasport, infrastruttura u enerġija. Dawn il-prinċipji jħaddimhom fil-ħajja ta’ kuljum f’numru ta’ proġetti u jemmen li dawn is-setturi għandhom jaħdmu flimkien biex isolvu l-isfidi ta’ kuljum li qed tiffaċċja Malta. Julian huwa membru fl-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista u preżentatur tal-programm ANALIŻI fuq NET Television. Huwa miżżewweġ lil Christine u għandhom żewġt itfal, Laura u Clara.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Julie Zahra ġiet eletta għall-ewwel darba bħala Deputat Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-2022, fejn inħatret ukoll bħala Shadow Minister għall-Arti, il-Kultura, l-Industrija tal-Films u l-Wirt Nazzjonali. Fl-2025, filwaqt li żammet ir-responsabbiltà għall-Arti u l-Kultura, ġiet fdata wkoll bil-portafoll tal-Industrija Kreattiva. Hija għandha baċellerat fis-soċjoloġija kif ukoll fil-mużika, u hija kkwalifikata u taħdem bħala għalliema. Preżentament, qiegħda wkoll tkompli l-istudji tagħha permezz ta’ kors terzjarju fil-medjazzjoni.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Justin Schembri huwa Membru Parlamentari fuq it-Tmien Distrett elettorali, li ġie elett għall-ewwel darba fl-elezzjoni tal-2022 u ngħata l-inkarigu ta' Shadow Minister għall-Edukazzjoni. Serva wkoll bħala Minority Leader fil-Kunsill Lokali ta' Birkirkara. Għandu 44 sena, jinsab f'relazzjoni ma' Annalise Galea – kunsilliera lokali f'Ħal Balzan – u joqogħdu Birkirkara. Missier Lexi ta' 14-il sena. Għalliem, iggradwat fil-Malti, fil-Kommunikazzjoni u fil-Politika. Apparti l-politika u l-edukazzjoni, għandu għal qalbu l-lingwa, l-identità u l-kultura Maltija.
Leone Sciberras huwa politiku rispettat minn kulħadd u magħruf għall-impenn tiegħu lejn is-servizz pubbliku. Partikolarment fis-settur tal-qasam soċjali, persuni b'diżabilità, anzjani u persuni vulnerabbli, fejn huwa jitkellem u jiżgura li leħinhom jitwassal u li l-bżonnijiet tagħhom jiġu mismugħa. B'impenn kostanti, Leone jaħdem biex jippromwovi inizjattivi li jpoġġu l-komunità fiċ-ċentru. Dawn l-aħħar snin qed iservi bħala kunsillier fil-Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar fejn b'dedikazzjoni u b’integrità jirrappreżenta lill-kostitwenti tiegħu; kif ukoll iservi fir-rwol ta' President tal-Forum Kunsilliera PN tat-tieni distrett. Huwa gradwat fl-Informatika u bħalissa qed isegwi l-aħħar sena fid-Degree fil-Management. Leone jemmen bis-sħiħ li jekk xi ħaġa hija d-dritt tiegħek, għandek tirċeviha bla ma tittallab. L-impenn bla waqfien ta’ Leone jissarraf f'soċjetà aktar inklużiva li fiċ-ċentru tagħha hemm in-nies.
Luke huwa żagħżugħ ta' 22 sena. Difensur ta' Għawdex b'ruħu u ġismu li qalbu tħabbat mar-ritmu tar-riħ u l-mewġ tal-gżira, u l-impenn tiegħu għall-protezzjoni ta' Għawdex qatt ma batta. Mit-toroq dojoq tan-Nadur sat-truf tal-ġżira, dejjem mexa, u ħadem bi skop. Huwa student tal-Ġeofiżika, imħarreġ biex jaqra l-istejjer moħbija tad-dinja. Tgħallem li l-bidla vera titlob il-paċenzja, u l-preċiżjoni. Din il-mentalità xjentifika sawret l-ħsieb tiegħu fl-isfidi li jiffaċċja – janalizza fil-fond, jaġixxi b'kawtela u jfittex il-verità lil hinn mill-istorbju. F'dawn l-aħħar snin, bi ħġaru kien minn ta' quddiem biex jiddefendi l-ambjent tagħna, il-wirt tagħna, u niesna. Ħa pożizzjonijiet ċari kontra l-iżvilupp bla rażan f'Kemmuna, u l-qerda li daqt se ssofri Triq Marsalforn. Tkellem favur Pjazza San Ġorg, u kien il-moħħ wara wħud mill-ikbar kampanji ta' tindif li qatt saru f'Għawdex. Ħadem bla heda biex inħarsu u nirrestawraw il-Batterija tal-Qolla l-Bajda. B'kampanji sħaħ, qajjem kuxjenza dwar il-protezzjoni ta' siti ODZ u UCA.
L-Ekonomista Marilena Gauci, iggradwata fl-Ekonomija u b’Master fil-Behavioural Economics u esperjenza f’fondi nazzjonali u Ewropej, ġiet maħtura Viċi President tal-Malta Entertainment Industry Association (MEIA), fejn tappoġġja lill-President u tgħin fil-formazzjoni ta’ industrija aktar robusta u fil-ħolqien ta’ opportunitajiet ugwali għall-artisti u l-kreattivi kollha. Il-passjoni tagħha għall-arti u l-kreattività bdiet minn età żgħira permezz ta’ esperjenzi fit-teatru, mużika u televiżjoni, u qabel din il-pożizzjoni serviet fuq il-Kumitat Eżekuttiv bħala Kap tal-PR u Communications, dejjem impenjata biex tħeġġeġ ambjenti ġusti u sostenibbli għall-industrija kreattiva f’Malta. Marilena serviet ukoll bħala ekonomista mal-Kamra tal-Kummerċ fejn spjeċjalizzat fuq politika ekonomika u soċjali, kif ukoll fi ħdan il-Bank Ċentrali fejn speċjalizzat fuq stabbiltà ekonomika.
Michael huwa avukat ta’ 31 sena. Minn meta kien żgħir, Michael kien involut sew fil-komunità u f’għaqdiet taż-żgħażagħ. Michael serva bħala President tal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ kif ukoll fuq il-Bord tal-European Youth Forum, il-forum li jirrappreżenta liż-żgħażagħ quddiem l-Unjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Ewropa. Fl-2021, Michael ġie elett bħala l-iżgħar Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista minn wara t-Tieni Gwerra Dinjija. F’Marzu 2025, Michael irreżenja minn Segretarju Ġenerali biex ikun jista’ jikkonċentra fuq il-kandidatura tiegħu għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Sindku tas-Swieqi għall-aħħar 14-il sena. Fundatur ta’ NM Group – kumpanija li tipprovdi servizzi ta’ audit, accounts u servizzi oħra relatati. Lagħab il-futbol kompetittiv sal-età ta’ 39 sena. Ġera n-Nofs Maratona għal 26 darba għall-karità. Ġabar donazzjonijiet li tqassmu lil Caritas Drug Rehabilitation, Eden Foundation u għaqdiet oħrajn.
Oliver Cini twieled fl-4 ta’ Novembru 1980, huwa minn Ħal Luqa u għandu 45 sena. Huwa miżżewweġ għalliema u għandu professjoni ta’ Marine Engineer (Energy & Gas Systems) b’esperjenza kemm lokali kif ukoll internazzjonali fis-settur tal-enerġija, b’mod partikolari fil-gass (LNG/LPG) u fuels ta’ tranżizzjoni. Matul il-karriera tiegħu ħadem fuq operazzjonijiet marittimi u proġetti relatati mal-iżvilupp tas-settur tal-enerġija. Bħala politiku u ċittadin Malti, jemmen bis-sħiħ fil-valuri tal-familja, l-edukazzjoni u l-ġid komuni, u jħaddan politika onesta u qrib in-nies, b’viżjoni ċara lejn futur aktar sostenibbli u opportunitajiet ġodda għall-pajjiż.
Owen Sciberras, ta' 51 sena, huwa missier ta' tlett itfal residenti ż-Żurrieq. Iben il-mibki Charles Sciberras, eks kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett u l-ewwel Sindku ta' San Ġiljan. Owen ilu jimmilita fil-Partit Nazzjonalista b'mod dirett għal dawn l-aħħar tmien snin. Minbarra li ilu kunsillier lokali tal-PN fl-Imqabba għal dawn l-aħħar żewġ leġiżlaturi sa mill-2019, Owen okkupa l-kariga ta' President tal-Kumitat tal-PN fl-Imqabba, kif ukoll kien membru fl-Eżekuttiv tal-Kulleġġ Kunsillieri Lokali Partit Nazzjonalista. Din se tkun it-tieni elezzjoni ġenerali konsekuttiva li se jkun qed jikkontesta f'isem il-Partit Nazzjonalista fuq il-Ħames Distrett. Kemm ilu fil-politika, Owen dejjem żamm il-kuntatt dirett man-nies, ħadem għall-ġid komuni u żamm in-nies fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni.
Imwieled il-Belt Valletta fit-22 ta' Frar 1959, Dr Paul Mazzola huwa tabib tal-familja f’Ħaż-Żebbuġ fejn iservi wkoll bħala kunsillier lokali f’isem il-Partit Nazzjonalista. Fl-1976 Paul telaq lejn l-Italja fejn studja fil-Kulleġġ tal-Benedittini fil-belt ta’ Salerno. Fl-1988 iggradwa mill-Fakultà tal-Mediċina u l-Kirurġija tal-Università Federico II ta’ Napli, u fl-1989 ħadem bħala tabib fil-Libja f’terminal petroliferu f’Ras Lanuf mal-kumpanija Veba Oil Corporation. Wara kompla bl-esperjenza tiegħu fil-mediċina u l-kirurġija fl-Italja għal aktar minn 36 sena. Ħadem ukoll fir-Renju Unit bħala tabib fil-qasam tal-Cardiothoracic u Neurosurgery bejn l-2009 u l-2013.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Paula Mifsud Bonnici twieldet u trabbiet fil-Ħamrun. Hija rċeviet l-edukazzjoni tagħha fl-Iskola ta’ San Ġużepp, fil-Blata l-Bajda, u aktar tard kompliet l-istudji tagħha fl-Università ta’ Malta fejn iggradwat bħala avukat. Tul il-karriera politika tagħha, Paula Mifsud Bonnici kienet attiva ferm fil-Partit Nazzjonalista, fejn okkupat diversi karigi importanti fosthom bħala President tal-Kunsill Amministrattiv u President tal-Kunsill Ġenerali. Fuq livell lokali, serviet għal diversi snin bħala Viċi Sindku u Minority Leader fil-Kunsill Lokali tal-Ħamrun, fejn tat kontribut sinifikanti fil-ħidma komunitarja. Hija ġiet eletta fil-Parlament ta’ Malta għall-ewwel darba fl-2013 u reġgħet ġiet eletta fl-2022. Illum, hija sservi bħala Assistent Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista u bħala Shadow Minister għall-Anzjanità Attiva.
Kunsilliera lokali f’San Pawl il-Baħar li tassew jimpurtaha min-nies u mill-ħajja ta’ kuljum fil-komunità tagħha. Dejjem tisma’ lir-residenti, tifhem it-tħassib tagħhom u taħdem biex jinstabu soluzzjonijiet prattiċi, speċjalment f’żona fejn l-isfidi jinħassu aktar. Temmen li billi tkun preżenti, aċċessibbli u konsistenti tista’ nagħmel differenza vera. Fl-istess ħin, qed tistudja l-liġi fl-Università ta’ Malta, li jgħinha tifhem aħjar kif tiddefendi l-ġustizzja u taqdi lill-komunità b’mod aktar effettiv.
Ray Gatt huwa speċjalista fil-Kirurġija Ortopedika u ħadem għal ħafna snin fil-qasam mediku, speċjalment fl-Isptarijiet St Luke’s u Mater Dei. Miżżewweġ lil Kate, li ukoll hija speċjalista fid-Dijabete, u għandhom żewġt itfal u tliet neputijiet. Barra minn hekk, Dr Ray Gatt studja wkoll l-Istorja ta’ Malta. Imwieled il-Marsa, imma joqgħod iż-Żejtun – raħal li tant sar iħobb.
Stefan twieled fit-8 ta' Diċembru 1975 u huwa miżżewweġ lil Rachelle neè Aquilina. Ta’ 13-il sena beda jistudja l-vjolin. Studja ukoll il-vjola, l-orgni, il-vuċi lirika u d-direzzjoni. Barra minn hekk, studja wkoll it-teatru. Stefan beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja tal-Gudja. Kompla fl-iskola sekondarja taż-Żurrieq u fil-Liceo Vassalli tal-Ħandaq. Wara, kompla fuq il-passi ta’ missieru fl-Istitut Tekniku. Sussegwentement kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta’ Malta. Stefan hu għalliem u lettur tal-Mużika u l-Istudji Teatrali fl-iskola Post-Sekondarja Giovanni Curmi tan-Naxxar. Bejn l-1991 u l-2009 kien jaħdem bħala Electrical Engineering Technician mal-Kumpanija Maltacom/GO plc. Bejn l-1999 u l-2021 Stefan kien l-koordinatur tal-Grupp Żgħażagħ Gudja, grupp rinomat għall-ħidma volontarja kemm fil-lokalità tal-Gudja kif ukoll madwar Malta, għar-rappreżentazzjonijiet teatrali. Fl-2003, Stefan ġie maħtur Surmast Direttur tal-Kor u Orkestra Assumpta Est tal-Gudja. Kien Maestro di Cappella Santa Maria u tal-Madonna ta’ Loretu fil-Gudja u għal ħames snin, tal-Madonna tal-Lourdes f’Raħal Ġdid. Stefan ħa sehem b’dan il-kor f’diversi fetivals mużikali kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Barra minn hekk huwa membru ta’ diversi korijiet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex u membru ukoll fil-Grupp Armar Festa Santa Marija. Fl-2012 kien finalist għall-Premju tal-President għall-Volontarjat. Bejn l-1996 u l-1998 kien jifforma parti mill-MŻPN. Fl-2013 Stefan ġie elett għall-ewwel darba bħala kunsillier lokali fil-Kunsill Lokali tal-Gudja, reġa’ ġie elett mill-ġdid fl-2019 u fl-2022 inħatar Minority Leader f'isem il-PN. Huwa reġa' ġie elett fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali tal-2024 bl-akbar ammont ta’ voti li qatt ġab kunsillier ta’ kull partit fl-istess lokalità. Fl-2022 ikkontesta għall-ewwel darba l-elezzjoni ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista fuq ir-Raba’ u l-Ħames Distretti Elettorali. F’Marzu tal-2023, huwa nħatar fil-kariga ta’ Segretarju Eżekuttiv Organizzattiv tal-PN – kariga importanti fl-amministrazzjoni tal-partit, fejn huwa responsabbli mill-aspett loġistiku u organizzattiv tal-PN. Stefan hu dilettant tal-isport u għal xi żmien kien jilgħab il-volleyball u t-table tennis. Fil-futbol isegwi lit-tim Taljan tal-Juventus.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Tabib tal-familja għal dawn l-aħħar 30 sena. Jemmen f'politika li tħares il-ġustizzja soċjali. Viċin in-nies, kemm waqt ix-xogħol mediku, kif ukoll f'kull impenn politiku. Irid ikompli jkun ta'servizz u għajnuna lejn dawk l-aktar fil-bżonn. Miżżewweġ lil Claire u għandhom żewġt itfal.
Membru ParlamentariIkkonfermat permezz ta' sorsi tal-aħbarijiet
Il-Perit Toni Bezzina kkontesta l-elezzjoni ġenerali għall-ewwel darba fl-2013 u ġie elett fuq il-Ħames Distrett f’isem il-Partit Nazzjonalista. Huwa reġa’ kkontesta u ġie elett mill-ġdid fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2017 u tal-2022. Serva bħala Shadow Minister għat-Trasport u l-Infrastruttura, Shadow Minister għall-Agrikoltura u s-Sajd u wkoll bħala membru tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Bħalissa huwa Shadow Minister għat-Trasport, l-Agrikoltura u s-Sajd u huwa wkoll membru tal-Kumitat għall-Affarijiet ta’ Għawdex. Fl-2004 iggradwa bħala Perit Arkitett u Inġinier Ċivili mill-Università ta’ Malta. Wara kompla l-istudji tiegħu fl-Akkademja Mediterranja tal-Istudji Diplomatiċi fejn kiseb Masters fl-Istudji Diplomatiċi. Il-Perit Toni Bezzina huwa s-sieħeb prinċipali ta’ ACB Architects u ħadem ukoll fid-Dipartiment tat-Toroq, l-Awtorità tat-Trasport ta’ Malta u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Matul is-snin kiseb esperjenza vasta f’diversi oqsma relatati mal-Arkitettura, l-Inġinerija Ċivili u l-Inġinerija tat-Toroq, prinċipalment fid-disinn u l-implimentazzjoni ta’ proġetti nazzjonali fuq skala kbira. Il-Perit Toni Bezzina huwa miżżewweġ lil Josette née Catania u għandhom tifla, Deborah, li hija miżżewġa lil Brandon Cilia.